16.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar – Akzo Nobel et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-345/12) (1)

((“Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Suq Ewropew tal-perossidu tal-idroġenu u tal-perborat - Pubblikazzjoni ta’ deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Ċaħda ta’ talba intiża sabiex jinkiseb it-trattament kunfidenzjali ta’ informazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni bis-saħħa tal-komunikazzjoni dwar il-kooperazzjoni tagħha - Obbligu ta’ motivazzjoni - Kunfidenzjalità - Sigriet professjonali - Aspettattivi leġittimi”))

(2015/C 089/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Akzo Nobel NV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi); Akzo Chemicals Holding AB (Nacka, l-Isvezja); u Eka Chemicals AB (Bohus, l-Isvezja) (rappreżentanti: C. Swaak u R. Wesseling, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Giolito, M. Kellerbauer u G. Meessen, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tal-parti konvenuta: CDC Hydrogene Peroxide Cartel Damage Claims (CDC Hydrogene Peroxide) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: T. Funke, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 3533 finali, tal-24 ta’ Mejju 2012, li tirrigwarda ċ-ċaħda ta’ talba għal trattament kunfidenzjali mressqa minn Akzo Nobel, Akzo Chemicals Holding u Eka Chemicals, skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-President tal-Kummissjoni 2011/695/UE, tat-13 ta’ Ottubru 2011, dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (Każ COMP/38.620 – Perossidu tal-idroġenu u perborat).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Akzo Nobel NV, Akzo Chemicals Holding AB u Eka Chemicals AB huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 295, 29.9.2012.