7.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 102/35 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2014 – Sartorius Lab Intstruments vs UASI (Kurva safra fil-parti t’isfel ta’ screen)
(Kawża T-331/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja - Sinjal li jikkonsisti fir-rappreżentazzjoni ta’ kurva safra fil-parti t’isfel ta’ screen - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”])
2014/C 102/55
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Sartorius Lab Intstruments GmbH & Co. KG (Göttingen, il-Ġermanja), ammessa li tissostitwixxi lil Sartorius Weighing Technology GmbH (rappreżentant: K. Welkerling, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Mejju 2012 (Każ R 1783/2011-1), li tikkonċerna applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal ikkostitwiet minn ark ta’ ċirku isfar kurva safra fil-parti t’isfel ta’ screen bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Sartorius Lab Instruments GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż. |