25.8.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 282/29 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Lulju 2014 – Al-Tabbaa vs Il-Kunsill
(Kawżi magħquda T-329/12 u T-74/13) (1)
((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Restrizzjonijiet fuq id-dħul u fuq it-tranżitu fit-territorju tal-Unjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal azzjoni ġudizzjarja effettiva - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ evalwazzjoni”))
2014/C 282/38
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Mazen Al-Tabbaa (Bejrut, il-Libanu) (rappreżentanti: M. Lester, barrister, u G. Martin, solicitor)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Kyriakopoulou u V. Piessevaux, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-atti tal-Kunsill li jinkludu miżuri restrittivi li jikkonċernaw lir-rikorrent, jiġifieri, inizjalment, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/256/PESK, tal-14 ta’ Mejju 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 126, p. 9), kif ukoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 410/2012, tal-14 ta’ Mejju 2012, li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 126, p. 3).
Dispożittiv
1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/256/PESK, tal-14 ta’ Mejju 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, kif ukoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 410/2012, tal-14 ta’ Mejju 2012, li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, huma annullati, sa fejn jikkonċernaw lil M. Al-Tabbaa. |
2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/739/PESK, tad-29 ta’ Novembru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/782 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) tal-Kunsill Nru 1117/2012, tad-29 ta’ Novembru 2012, li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012, huma annullati, sa fejn jikkonċernaw lil M. Al-Tabbaa. |
3) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 363/2013, tat-22 ta’ April 2013, li jimplimenta r-Regolament Nru 36/2012, kif ukoll id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/185/PESK, tat-22 ta’ April 2013, li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/739, huma annullati, sa fejn jikkonċernaw lil M. Al-Tabbaa. |
4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, tal-31 ta’ Mejju 2013, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, hija annullata, sa fejn tikkonċerna lil M. Al-Tabbaa. |
5) |
L-effetti tad-Deċiżjoni 2013/255 għandhom jinżammu fir-rigward ta’ M. Al-Tabbaa sad-dħul fis-seħħ tal-annullament parzjali tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 363/2013, li jimplimenta r-Regolament Nru 36/2012. |
6) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors fil-Kawża T-74/13. |
7) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk esposti mir-rikorrent fil-Kawża T-329/12 u tliet kwarti tal-ispejjeż esposti mill-istess rikorrent fil-Kawża T-74/113. |
8) |
Ir-rikorrent għandu jbati kwart tal-ispejjeż tiegħu fil-Kawża T-7413. |