12.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 142/33 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Marzu 2014 – Deutsche Bank vs UASI (Passion to Perform)
(Kawża T-291/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali Passion to Perform - Trade mark ikkostitwita minn slogan pubbliċitarju - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Ugwaljanza fit-trattament”])
2014/C 142/41
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Deutsche Bank AG (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Lange, T. Götting u G. Hild, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: I. Harrington, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta’ April 2012 (Każ R 2233/2011-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Passion to Perform bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Deutsche Bank AG hija kkundannata għall-ispejjeż. |