30.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 398/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2015 – FC Dynamo-Minsk vs Il-Kunsill

(Kawża T-275/12) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Bjelorussja - Iffriżar ta’ fondi - Rikors għal annullament - Terminu għall-adattament tat-talbiet - Inammissibbiltà parzjali - Entità miżmuma jew ikkontrollata minn entità ikkonċernata mill-miżuri restrittivi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ evalwazzjoni”))

(2015/C 398/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Football Club “Dynamo-Minsk” ZAO (Minsk, il-Bjelorussja) (rappreżentanti: D. O’Keeffe, solicitor, B. Evtimov, avukat, u M. Lester, barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Naert u E. Finnegan, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/171/PESK, tat-23 ta’ Marzu 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 87, p. 95), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 265/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 87, p. 37), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 285, p. 1), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1017/2012, tas-6 ta’ Novembru 2012, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 307, p. 7), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/534/PESK, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK (ĠU L 288, p. 69), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1054/2013, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 288, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/750/PESK, tat-30 ta’ Ottubru 2014, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642 (ĠU L 311, p. 39), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1159/2014, tat-30 ta’ Ottubru 2014, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 311, p. 2), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/171/PESK, tat-23 ta’ Marzu 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 265/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1017/2012, tas-6 ta’ Novembru 2012, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/750/PESK, tat-30 ta’ Ottubru 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2012/642, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1159/2014, tat-30 ta’ Ottubru 2014, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja, huma annullati sa fejn dawn jirrigwardaw lill-Football Club “Dynamo-Minsk” ZAO.

2)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli sa fejn dan jirrigwarda l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/534/PESK, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1054/2013, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Football Club “Dynamo-Minsk”.


(1)  ĠU C 250, 18/8.2012.