27.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2015 – Vestel Iberia u Makro autoservicio mayorista vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-249/12 u T-269/12) (1)

([“Rikors għal annullament - Unjoni doganali - Teħid inkunsiderazzjoni a posteriori u maħfra ta’ dazji fuq l-importazzjoni - Apparat ta’ riċezzjoni ta’ televiżjoni bil-kulur li joriġina mit-Turkija - Talba għal maħfra tża’ dazji doganali mressqa minn żewġ importaturi - Rinviju mill-Kummissjoni lill-awtoritajiet nazzjonali għal deċiżjoni dwar importatur ieħor - Artikolu 871(2) u (6) u Artikolu 905(2) u (6) tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 - Nuqqas ta’ interess dirett - Inammissibbiltà”])

(2015/C 138/59)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Vestel Iberia, SL (Madrid, Spanja) (Każ T-249/12); u Makro autoservicio mayorista SA (Madrid) (Każ T-269/12) (rappreżentanti: P. De Baere u P. Muñiz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u L. Keppenne, aġenti)

Parti konvenuta insostenn tal-partijiet rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, abogado del Estado)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 22 finali, tat-18 ta’ Jannar 2010, li tikkonstata li d-dħul fil-kontijiet a posteriori tad-dazji fuq l-importazzjoni huwa ġġustifikat u li l-maħfra ta’ dawn id-dazji ma hijiex iġġustifikata f’każ partikolari.

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T-249/12 u T-269/12 huma magħquda għall-finijiet ta’ din is-sentenza.

2)

Ir-rikorsi huma miċħuda bħala inammissibbli.

3)

Vestel Iberia, SL et Makro autoservicio mayorista SA huma kkundannati għall-ispejjeż.

4)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 235, 04.08.2012.