26.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta Marzu 2015 – Deutsche Börse vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-175/12) (1)

((“Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Settur tal-instrumenti finanzjarji - Swieq Ewropej marbuta ma’ prodotti derivati - Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq intern - Evalwazzjoni tal-effetti tat-tranżazzjoni fuq il-kompetizzjoni - Żieda fl-effiċjenza - Impenji”))

(2015/C 171/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Börse AG (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Zschocke, J. Beninca u T. Schwarze, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Christoforou, V. Bottka, N. Khan u B. Mongin, aġenti)

Parti konvenuti in sostenn tal-konvenuta: Icap Securities Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. T. Riis-Madsen, avukat, u S. Stephanou, solicitor)

Suġġett

L-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012)440, tal-1 ta’ Frar 2012, li tiddikjara konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq komuni u l-Ftehim ŻEE (Każ COMP/M.6166 – Deutsche Börse/NYSE Euronext).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Deutsche Börse AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Icap Securities Ltd.


(1)  ĠU C 174, 16.6.2012.