23.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 344/54


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ottubru 2013 — Il-Kunsill vs AY

(Kawża T-167/12 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2010 - Eżami komparattiv tal-merti - Perfezzjonament professjonali - Riżultat pożittiv fl-eżamijiet tal-programm ta’ taħriġ tal-uffiċjali tal-grupp ta’ funzjonijiet AST fil-proċedura ta’ ċertifikazzjoni għall-aċċess fil-grupp ta’ funzjonijiet AD - Żnaturament tal-provi)

2013/C 344/96

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u A. Jensen, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: AY (Bousval, il-Belġju) (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tat-8 ta’ Frar 2012, AY vs Il-Kunsill (F-23/11, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

(1)

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Frar 2012, AY vs Il-Kunsill (F-23/11) hija annullata sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku annulla d-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrifjuta li jippromwovi lil AY fil-grad AST 9 skont il-proċedura ta’ promozzjoni 2010 u sa fejn hija kkundannat lill-Kunsill għall-ispejjeż kollha (punti 1 u 4 tad-dispożittiv ta’ din is-sentenza).

(2)

Il-kawża hija rrinvijata quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

(3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 180, 27.7.2012.