1.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/10


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2013 — Smartbook vs UASI (SMARTBOOK)

(Kawża T-123/12) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SMARTBOOK - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2014/C 31/16

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Smartbook AG (Offenburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Milbradt, A. Schwarz u F. Reiling, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Qualcomm, Inc. (Dover, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Renck, A. Leister u V. von Bomhard, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Diċembru 2011 (Każ R 799/2011-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali SMARTBOOK bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Smartbook AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 157, 02.06.2012