3.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 225/75


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Mejju 2013 — Buzil-Werk Wagner vs UASI — Roca Sanitario (Roca)

(Kawża T-115/12) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Roca - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti ROCA u trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti Roca - Raġuni relattiva għal rifjut - Xebh tal-prodotti - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2013/C 225/168

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Buzil-Werk Wagner GmbH & Co. KG (Memmingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Waldhauser, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider u M. Lenz, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Roca Sanitario, SA (Barcelona, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Jannar 2012 (Każ R 1907/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Roca Sanitario, SA u Buzil-Werk Wagner GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Buzil-Werk Wagner GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 157, 2.6.2012.