29.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 189/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2013 — Verus vs UASI — Performance Industries Manufacturing (VORTEX)

(Kawża T-104/12) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali VORTEX - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti VORTEX - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenża ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Dritt ta’ prijorità - Artikolu 29 tar-Regolament Nru 207/2009 - Ċessjoni parzjali - Artikolu 50 tar-Regolament Nru 207/2009 - Ksur tad-dritt għal smigħ - It-tieni frażi tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)

2013/C 189/42

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Verus Eood (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentanti: inizjalment S. Vykydal, sussegwentement F. Henkel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Performance Industries Manufacturing, Inc. (Odessa, Florida, l-Istati Uniti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta’ Diċembru 2011 (Każ R 512/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Verus Eood u Performance Industries Manufacturing Inc.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Verus Eood hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 157, 02.06.2012.