1.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/9


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2013 — Cisco Systems u Messagenet vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-79/12) (1)

(Kompetizzjoni - Konċentrazzjonijiet - Swieq Ewropej tas-servizzi ta’ komunikazzjoni permezz tal-Internet - Deċiżjoni li tiddikjara l-konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq intern - Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni)

2014/C 31/15

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cisco Systems, Inc. u Messagenet (San José, California, l-Istati Uniti) u Messagenet SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: L. Ortiz Blanco, J. Buendía Sierra, A. de Pablo u K. Jörgens, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan, S. Noël u C. Hödlmayr, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: Microsoft Corp. (Seattle, Washington, l-Istati Uniti) (rappreżentant: G. Berrisch, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 7279 finali, tas-7 ta’ Ottubru 2011, li tiddikjara kompatibbli mas-suq intern u l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) l-operazzjoni ta’ konċentrazzjoni ta’ impriżi intiża għall-akkwist ta’ Skype Global Sarl minn Microsoft Corporation (Każ COMP/M.6281 — Microsoft/Skype).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Cisco Systems Inc. u Messagenet SpA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea u minn Microsoft Corporation.


(1)  ĠU C 109, 14.4.2012