8.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2015 – Einhell Germany et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-73/12) (1)

((Dumping - Importazzjonijiet ta’ ċerti kompressuri li joriġinaw miċ-Ċina - Rifjut parzjali ta’ rimbors tad-dazji antidumping imħallsa - Determinazzjoni tal-prezz ta’ esportazzjoni - Tnaqqis tad-dazji antidumping - Modulazzjoni tal-effetti ratione temporis ta’ annullament))

(2016/C 048/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Einhell Germany AG (Landau an der Isar, il-Ġermanja); Hans Einhell Nederlands BV (Breda, il-Pajjiżi l-Baxxi); Einhell France SAS (Villepinte, Franza); Hans Einhell Österreich GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: R. MacLean, solicitor, u A. Bochon, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Stobiecka-Kuik, K. Talabér-Ritz u T. Maxian Rusche, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni K (2011) 8831 finali, C (2011) 8825 finali, C (2011) 8828 finali u K (2011) 8810 finali, tas-6 ta’ Diċembru 2011, dwar talbiet għal rimbors tad-dazji antidumping imħallsa fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti kompressuri li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, u, fl-ipoteżi li l-Qorti Ġenerali tannulla l-imsemmija deċiżjonijiet, għaż-żamma fis-seħħ tal-effetti tal-imsemmija deċiżjonijiet sakemm il-Kummissjoni tkun adottat il-miżuri neċessarji sabiex teżegwixxi s-sentenza tal-Qorti Ġenerali li tingħata.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1 tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni K (2011) 8831 finali, C (2011) 8825 finali, C (2011) 8828 finali u K (2011) 8810 finali, tas-6 ta’ Diċembru 2011, dwar talbiet għal rimbors tad-dazji antidumping imħallsa fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti kompressuri li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, huwa annullat sa fejn ma jagħtix lil Einhell Germany AG, lil Hans Einhell Nederlands BV, lil Einhell France SAS u lil Hans Einhell Oesterreich GmbH rimbors tad-dazji antidumping imħallsa indebitament lil hinn mill-ammonti msemmija fih.

2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 109, 14.4.2012.