1.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 292/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2014 – Euroscript – Polska vs Il-Parlament

(Kawża T-48/12) (1)

((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi ta’ traduzzjoni għall-Pollakk - Deċiżjoni li temenda d-deċiżjoni li r-rikorrenti titqiegħed fl-ewwel pożizzjoni fil-lista tal-offerenti magħżula - Għoti tal-kuntratt qafas prinċipali lil offerent ieħor - Talba għal evalwazzjoni mill-ġdid - Terminu - Sospensjoni tal-proċedura - Trasparenza - Ugwaljanza fit-trattament”))

2014/C 292/39

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Euroscript – Polska Sp. z o.o. (Kraków, il-Polonja) (rappreżentant: J.-F. Steichen, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Darie u P. Biström, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament, tad-9 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-deċiżjoni tat-18 ta’ Ottubru 2011, li r-rikorrenti tiġi kklassifikata fl-ewwel pożizzjoni fil-lista tal-offerenti magħżula u li jingħatalha l-kuntratt prinċipali, fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti PL/2011/EU, dwar il-provvista ta’ servizzi ta’ traduzzjoni għall-Pollakk (ĠU 2011/S 56-090361), u, sussidjarjament, talba għall-annullament ta’ din is-sejħa għal offerti.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tad-9 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-deċiżjoni tat-18 ta’ Ottubru 2011 li Euroscript – Polska Sp. z o.o. tiġi kklassifikata fl-ewwel pożizzjoni fil-lista tal-offerenti magħżula u li jingħatalha l-kuntratt prinċipali fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti PL/2011/EU, dwar il-provvista ta’ servizzi ta’ traduzzjoni għall-Pollakk (ĠU 2011/S 56-090361), hija annullata.

2)

Il-Parlament huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 109, 14.04.2012.