6.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 101/17 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Frar 2013 — Piotrowski vs UASI (MEDIGYM)
(Kawża T-33/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Reġistrazzjoni internazzjonali li tiddisinja lill-Komunità Ewropea - Trade mark verbali MEDIGYM - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Dritt għal smigħ - I-ttieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)
2013/C 101/37
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Elke Piotrowski (Viernheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Albrecht, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: M. Lenz u G. Schneider, aġenti)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 Novembru 2011 (Każ R 734/2011-4), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tiddisinja lill-Komunità Ewropea bis-sinjal verbali MEDIGYM.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
(2) |
Elke Piotrowski hija kkundannata għall-ispejjeż. |