4.5.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 146/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Marzu 2015 – IDT Biologika vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-30/12) (1)

((“Kuntratti pubbliċi għal provvisti - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista fis-Serbja ta’ vaċċin kontra l-idrofobija - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Attribuzzjoni tal-kuntratt lil offerent ieħor - Kriterji ta’ selezzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”))

(2015/C 146/47)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: IDT Biologika GmbH (Dessau-Roßlau, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn R. Gross u T. Kroupa, sussegwentement minn R. Gross u A. Mekdam, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Erlbacher u T. Scharf, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tad-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika tas-Serbja fil-5 ta’ Ottubru 2011 (ĠU 2011/S 222-359832) li tagħti l-kuntratt bir-referenza EuropeAid/130686/C/SUP/RS, li għandu bħala l-għan tiegħu il-provvista ta’ vaċċin kontra l-idrofobija għall-kampanja ta’ tilqim fis-Serbja, lill-konsorzju taħt id-direzzjoni tal-kumpannija Bioveta a.s. u li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

IDT Biologika GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 89, 24.03.2012.