|
23.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 86/30 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2012 — ZZ vs EEA
(Kawża F-162/12)
2013/C 86/51
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis u D. Abreu Caldas, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li tintegra mill-ġdid lir-rikorrent sussegwentement għal leave tal-mard wara d-data li fiha seta’ jerġa’ jibda jaħdem skont l-opinjonijiet mediċi.
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
tannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda imposta fl-20 ta’ Settembru 2012 mill-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti fil-konfront tat-talba tal-21 ta’ Mejju 2012 intiża għall-irtirar tad-deċiżjoni tal-21 ta’ Frar 2012 li tintegrah mill-ġdid fl-24 ta’ Jannar 2012 wara leave tal-mard. |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |