23.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 55/27


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2012 — ZZ vs Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)

(Kawża F-161/12)

2013/C 55/47

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: V. Kolias, avukat)

Konvenut: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)

Suġġett

Talba għall-kumpens tad-dannu morali li r-rikorrent allegatement sofra minħabba t-tkeċċija tiegħu.

Talbiet tar-rikorrent

jikkundanna lill-konvenut għall-ħlas ta’ somma ta’ mill-inqas EUR 118 500 bħala kumpens għad-dannu morali;

jikkundanna lill-ECDC għall-ispejjeż.