13.4.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 108/38 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-149/12)
2013/C 108/89
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
L-annullament tal-irkupru ta’ kull xahar tas-somma ta’ EUR 500 mnaqqsa mill-allowances tal-invalidità tar-rikorrent fix-xhur ta’ bejn April u Ġunju 2012.
Talbiet tar-rikorrent
— |
jannualla d-deċiżjoni, inkluża fir-rendikont tal-ħlas tal-pensjoni tar-rikorrent għax-xahar ta’ April 2012, li titnaqqas b’EUR 500 l-allowance tal-invalidità li r-rikorrent kellu dritt għaliha fir-rigward tax-xahar imsemmi; |
— |
jannualla d-deċiżjoni, inkluża fir-rendikont tal-ħlas tal-pensjoni tar-rikorrent għax-xahar ta’ Mejju 2012, li titnaqqas b’EUR 500 l-allowance tal-invalidità li r-rikorrent kellu dritt għaliha fir-rigward tax-xahar imsemmi; |
— |
jannualla d-deċiżjoni, inkluża fir-rendikont tal-ħlas tal-pensjoni tar-rikorrent għax-xahar ta’ Ġunju 2012, li titnaqqas b’EUR 500 l-allowance tal-invalidità li r-rikorrenti kellu dritt għaliha fir-rigward tax-xahar imsemmi; |
— |
quatenus oportet, jannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilmenti, imressqa permezz tad-deċiżjonijiet iċċitati iktar ’il fuq; |
— |
jikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas lir-rikorrent tas-segwenti somom: EUR 500, flimkien mal-interessi fuq l-imsemmija somma, bir-rata ta’ 10 % fis-sena u bil-kapitalizzazzjoni annwali, dekorribbli mill-1 ta’ Mejju 2012 sal-jum tal-ħlas effettiv tas-somma imsemmija; EUR 500, flimkien mal-interessi fuq l-imsemmija somma, bir-rata ta’ 10 % fis-sena u bil-kapitalizzazzjoni annwali, dekorribbli mill-1 ta’ Ġunju 2012 sal-jum tal-ħlas effettiv tas-somma imsemmija; EUR 500, flimkien mal-interessi fuq l-imsemmija somma, bir-rata ta’ 10 % fis-sena u bil-kapitalizzazzjoni annwali, dekorribbli mill-1 ta’ Lulju 2012 sal-jum tal-ħlas effettiv tas-somma imsemmija; |
— |
jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |