9.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/30


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2012 — ZZ vs EMCDDA

(Kawża F-148/12)

2013/C 71/52

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avukati)

Konvenut: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li tistabbilixxi r-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2011.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tad-9 ta’ Marzu 2012 li tistabbilixxi r-rapport ta’ evalwazzjoni 2012, li jkopri l-perijodu mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2011;

sa fejn huwa neċessarju, tannulla d-deċiżjoni impliċita tas-26 ta’ Ottubru 2012 tal-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti, li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża għar-reviżjoni tar-rapport ta’ evalwazzjoni tiegħu tal-2012;

tikkundanna lill-EMCDDA għall-ispejjeż.