26.1.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 26/74 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2012 — ZZ vs Il-Kunsill
(Kawża F-134/12)
2013/C 26/153
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, D. Abreu Caldas u S. Orlandi, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
L-annullament, l-ewwel nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2011/866/UE, tad-19 ta’ Diċembru 2011, dwar id-deċiżjoni li ma tiġix adottata l-proposta għal regolament tal-Kummissjoni dwar l-aġġustament annwali tar-remunerazzjonijiet u pensjonijiet tal-uffiċjali u aġenti oħra tal-Unjoni kif ukoll, it-tieni nett, ir-rendikonti ta’ remunerazzjoni tar-rikorrent ta’ Jannar, Frar u Marzu 2012 stabbiliti skont l-imsemmija deċiżjoni.
Talbiet tar-rikorrent
— |
jikkonstata l-illegalità tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (2011/866/UE), tad-19 ta’ Diċembru 2011, li tikkonċerna l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011, ir-rimunerazzjoni u l-pensjoni tal-uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea u l-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom; |
— |
jannulla t-tweġiba ta’ ċaħda għall-ilment tat-30 ta’ Lulju 2012 dirett kontra r-rendikonti ta’ remunerazzjoni ta’ Jannar, Frar u Marzu 2012 stabbiliti skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2011/866/UE tad-19 ta’ Diċembru 2011; |
— |
jikkundanna lill-Kunsill iħallas lir-rikorrent l-arretrati ta’ remunerazzjoni u pensjoni li huwa għandu dritt għalihom mill-1 ta’ Lulju 2011 flimkien mal-interessi moratorji kkalkolati, mid-data ta’ skadenza tal-arretrati dovuti, b’rata fissa mill-BĊE għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament flimkien ma’ żewġ punti; |
— |
jikkundanna lill-Kunsill iħallas lir-rikorrent Ewro simboliku bħala kumpens għad-danni morali mġarrba minħabba l-iżball tad-dipartiment imwettaq meta ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2011/866/UE tad-19 ta’ Diċembru 2011 |
— |
jikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |