24.11.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 366/41 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2012 — ZZ vs Il-Parlament
(Kawża F-102/12)
2012/C 366/82
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: C. Bernard-Glanz u S. Rodrigues, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni li tikklassifika mill-ġdid lir-rikorrent fil-grad AST5, skala 3 b’effett retroattiv.
Talbiet tar-rikorrent
— |
jannulla d-deċiżjoni kkontestata u, safejn meħtieġ, id-deċiżjoni li tiċħad l-ilment; |
— |
jindika lill-konvenut l-effetti li joħloq dan l-annullament, jiġifieri, il-klassifikazzjoni mill-ġdid tiegħu fil-grad D4, skala 8, mill-1 ta’ Mejju 2004, kostituzzjoni mill-ġdid tal-karriera tiegħu skont il-promozzjonijiet u ż-żidiet ta’ skala li jaffettwawh wara din id-data u l-ħlas ta’ kull arretrat possibbli ta’ remunerazzjoni; |
— |
jikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż. |