20.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 319/19 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-87/12)
2012/C 319/36
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal S. Orlandi, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tillimita l-perijodu ta’ estensjoni tal-kuntratt tar-rikorrent.
Talbiet tar-rikorrent
— |
jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Novembru 2011 sa fejn tillimita t-tul tal-estensjoni tal-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju tal-rikorrent sal-31 ta’ Marzu 2012; |
— |
jikkundanna l-konvenuta għall-ħlas ta’ EUR 1 provviżorjament għad-dannu subit mir-rikorrent; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |