|
29.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 295/35 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-85/12)
2012/C 295/63
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal u S. Orlandi, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
L-annullament tad-deċiżjoni li jsir il-kalkolu tal-bonus tad-drittijiet għall-pensjoni miksub qabel id-dħul fis-servizz abbażi ta’ dispożizzjonijiet ġenerali ġodda tad-DGE.
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
jannulla d-deċiżjoni tas-27 ta’ Jannar 2012 li talloka bonus tad-drittijiet għall-pensjoni miksub mir-rikorrenti qabel id-dħul fis-servizz tiegħu fil-Kummissjoni skont l-Artikolu 11(2), tal-Anness VIII tal-Istatut; |
|
— |
sa fejn hemm bżonn, jannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tiegħu tat-2 ta’ Mejju 2012 kontra d-deċiżjoni li tistabbilixxi l-bonus tad-drittijiet tiegħu għall-pensjoni miksub qabel id-dħul fis-servizz tiegħu fl-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni; |
|
— |
jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |