7.7.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 200/23 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2012 — ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-55/12)
2012/C 200/47
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ u ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal u S. Orlandi, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tal-proposti ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz mal-Kummissjoni abbażi tal-kalkolu li jieħu inkunsiderazzjoni d-DĠI ġodda li daħlu fis-seħħ wara t-talbiet ta’ trasferiment tar-rikorrenti.
Talbiet tar-rikorrenti
— |
jannulla d-deċiżjonijiet li jinkludu l-proposti ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti fil-kuntest tat-talba tagħhom skont l-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, li jinkludu proposta kkalkolata abbażi tad-DĠI adottati fit-3 ta’ Marzu 2011; |
— |
jikkundanna lil Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |