|
23.6.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 184/25 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Marzu 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-42/12)
2012/C 184/54
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u S. Orlandi, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
L-annullament tal-proposti ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz fil-Kummissjoni abbażi tal-kalkolu li jieħu inkunsiderazzjoni DGE ġodda li daħlu fis-seħħ wara t-talbiet għal trasferiment tar-rikorrenti.
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
jannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilmenti tar-rikorrenti tal-14 ta’ Diċembru 2011 intiżi għall-applikazzjoni ta’ DGE u ta’ rati ta’ kalkolu fis-seħħ fil-mument tat-talba tagħhom għal trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tagħhom; |
|
— |
sa fejn ikun hemm bżonn, jannulla l-proposta tal-1 ta’ Awwissu 2011 tal-PMO, li japplika l-valuri ta’ kalkolu ġejjin mid-DGE ġodda; |
|
— |
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |