12.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/38


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2012 — ZZ vs Il-Qorti tal-Awdituri Ewropea

(Kawża F-39/12)

(2012/C 138/89)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Awdituri Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Awdituri Ewropea li tiċħad it-talba intiża għar-rikonoxximent ta’ aġir illegali li allegatament ikkawża dannu materjali u morali lir-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tas-7 ta’ Diċembru 2011 intiż kontra d-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża għar-rikonoxximent ta’ aġir illegali tal-Qorti tal-Awdituri Ewropea li kkawżalu dannu u li jimplika r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea;

jikkundanna lill-Qorti tal-Awdituri Ewropea għall-ħlas ta’ danni għad-dannu morali li jammonta għal EUR 50 000 u d-dannu materjali li jammonta għad-differenza bejn, minn naħa, l-ammont tal-paga li kien ikollu r-rikorrent li kieku mexa ’l quddiem fil-karriera tiegħu fil-livell u l-grad attwali, u min-naħa l-oħra, id-differenza bejn l-ammont tal-paga li kien ikollu r-rikorrent kieku kompla l-karriera tiegħu sal-età legali tal-pensjoni u l-pensjoni attwali tiegħu;

jikkundanna lill-Qorti tal-Awdituri Ewropea għall-ispejjeż.