12.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 138/35


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni u CEPOL

(Kawża F-22/12)

(2012/C 138/81)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi, M. Vandenbussche, avukati)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u l-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjonijiet li jirrifjutaw it-talba għall-għoti tal-allowance għal wild dipendenti u tal-allowance għall-edukazzjoni għat-tliet itfal ta’ martu għall-perijodu li fih huma kienu għadhom qed jgħixu fil-Filippini.

Talbiet tar-rikorrent

l-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-25 ta’ Marzu 2011 u tad-deċiżjoni espliċita adottata mill-PMO (Uffiċċju għall-Amministrazzjoni u l-Ħlas ta’ Drittijiet Individwali) fil-11 ta’ Lulju 2011, ikkonfermata bid-deċiżjoni tad-9 ta’ Novembru 2011 li tirrifjuta l-ilment, sa fejn dawn jirrifjutaw it-talba tar-rikorrenti biex jingħata l-allowance għal wild dipendenti u l-allowance għall-edukazzjoni għat-tliet itfal ta’ martu għall-perijodu li fih huma kienu għadhom qed jgħixu fil-Filippini;

konsegwentement, ir-rikonoxximent tad-dritt tar-rikorrent għall-imsemmija allowances;

il-kumpens tad-danni materjali mġarrba mir-rikorrent li jikkonsisti fi ħlas retroattiv tal-allowances għal wild dipendenti u għall-edukazzjoni mill-1 ta’ April 2009, evalwati provviżorjament fl-ammont ta’ EUR 33 673,31, b’interessi moratorji stabbiliti skont ir-rata ta’ referenza tal-Bank Ċentrali Ewropew biż-żieda ta’ żewġ punti perċentwali;

il-kumpens tad-dannu morali mġarrab mir-rikorrent evalwat għal EUR 20 000;

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.