|
5.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 133/29 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Jannar 2012 — ZZ vs Frontex
(Kawża F-5/12)
2012/C 133/58
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenut: Frontex
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ Frontex li timponi sanzjoni fuq ir-rikorrent u tad-deċiżjoni li tiddikjara t-tkeċċija tiegħu.
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-24 ta’ Mejju 2011 li tiddikjara t-tkeċċija tar-rikorrent; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tas-16 ta’ April 2011 li timponi fuqu sanzjoni; |
|
— |
tikkundanna lil Frontex għall-ispejjeż. |