|
8.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 39/29 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2013 — CL vs EEA
(Kawża F-162/12) (1)
(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Leave tal-mard - Reintegrazzjoni - Dmir ta’ premura - Fastidju psikoloġiku)
2014/C 39/54
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: CL (Brussell, il-Belgju) (rappreżentanti: S. Orlandi, J.-N. Louis u D. Abreu Caldas, avukati)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) (rappreżentanti: O. Cornu, aġent, B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tintegra mill-ġdid lir-rikorrent sussegwentement għal leave tal-mard wara d-data li fiha seta’ jerġa’ jibda jaħdem skont l-opinjonijiet mediċi.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
CL għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u għandu jiġi kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent. |
(1) ĠU C 86, 23.03.2013, p. 30.