|
7.11.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 410/39 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2016 – Poniskaitis vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-152/12) (1)
((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni nazzjonali - Proposti ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz - Att li ma jikkawżax preġudizzju - Inammissibbiltà tar-rikors - Talba għal deċiżjoni mingħajr ma t-Tribunal jidħol fil-mertu tal-kawża - Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura))
(2016/C 410/70)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Jonas Poniskaitis (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn D. de Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u S. Orlandi, avukati, sussegwentement minn D. de Abreu Caldas, J.-N. Louis u S. Orlandi, avukati, sussegwentement minn J.-N. Louis u S. Orlandi, avukati, fl-aħħar nett minn J.-N. Louis, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn D. Martin u G. Gattinara, aġenti, sussegwentement minn J. Currall u G. Gattinara, aġenti, sussegwentement minn G. Gattinara, aġent, fl-aħħar nett minn G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni għall-kalkolu ta’ akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz abbażi tad-DĠI ġodda.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Jonas Poniskaitis għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
(1) ĠU C 71, 9.3.2013., p. 30.