10.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 395/66


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Settembru 2014 – Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-149/12) (1)

((Servizz pubbliku - Invalidità - Allowance tal-invalidità - Tnaqqis fuq l-allowance tal-invalidità))

(2014/C 395/81)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tal-irkupru kull xahar tas-somma ta’ EUR 500 mnaqqsa mill-allowance tal-invalidità tar-rikorrent minn April sa Ġunju 2012.

Dispożittiv tad-digriet

1)

Ir-rikors huwa miċħud, parzjalment, bħala manifestament inammissibbli u, parzjalment, bħala manifestament infondat.

2)

L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 108, 13.04.2013, p. 38.