1.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 31/21 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2013 — Van Oost, Ibarra de Diego, Theodoridis u Hotz vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda F-137/12, F-138/12, F-139/12 u F-141/12) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ ċertifikazzjoni 2010-2011 - Esklużjoni mil-lista ta’ uffiċjali ċċertifikati - Ftehim bonarju fuq inizjattiva tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Terminu għall-ilment - Ilment imressaq wara l-iskadenza tat-terminu - Kunċett ta’ żball skużabbli - Diliġenza rikjesta minn uffiċjal normalment informat - Informazzjoni miksuba permezz tat-telefon - Prova - Inammissibbiltà)
2014/C 31/36
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Fabrice Van Oost (Ville Pommerœul, il-Belġju), Maria Belén Ibarra de Diego (Alicante, Spanja), Nicolaos Theodoridis (Soignies, il-Belġju) u Margarita Hotz (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u C. Berardis-Kayser, aġenti)
Suġġett
Talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-EPSO li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista ta’ persuni li għaddew mill-eżaminijiet ta’ tmiem it-taħriġ li jsir fil-kuntest tal-proċedura ta’ ċertifikazzjoni kif ukoll talba għad-danni.
Dispożittiv
(1) |
Il-Kawżi F-137/12, F-138/12 u F-139/12 huma mħassra mir-reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. |
(2) |
Il-partijiet fil-Kawżi F-137/12, F-138/12 u F-139/12 għandhom ibatu l-ispejjeż skont il-ftehim tagħhom. |
(3) |
Ir-rikors fil-Kawża F-141/12 huwa miċħud bħala inammissibbli. |
(4) |
M. Hotz għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tal-Kawża F-141/12. |
(1) ĠU C 26, 26.01.2013, p. 75 u 76.