|
20.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 222/42 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Mejju 2016 – Bouvret vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-42/12) (1)
((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Drittijiet għall-pensjoni miksuba, qabel id-dħul fis-servizz tal-Unjoni, taħt skema nazzjonali tal-pensjonijiet - Trasferiment lejn skema tal-pensjonijiet tal-Unjoni - Proposta ta’ akkreditazzjoni tas-snin ta’ servizz, aċċettata mill-persuna kkonċernata, ibbażata fuq dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni ġodda - Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà - Kunċett ta’ att li jikkawża preġudizzju - Artikolu 83 tar-Regoli tal-Proċedura))
(2016/C 222/54)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Florence Bouvret (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment D. de Abreu Caldas, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal u S. Orlandi, avukati, sussegwentement D. de Abreu Caldas, J.-N. Louis u S. Orlandi, avukati, u finalment, J.-N. Louis, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment D. Martin u J. Baquero Cruz, aġenti, sussegwentment J. Currall u G. Gattinara, aġenti, sussegwentment G. Gattinara, aġent, u finalment G. Gattinara u F. Simonetti, aġenti)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tal-proposta ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tal-Kummissjoni abbażi tal-kalkolu li jieħu inkunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni l-ġodda li daħlu fis-seħħ wara t-talba għal trasferiment tar-rikorrenti.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
|
2) |
Florence Bouvret għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |