25.5.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 147/34


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-28 ta’ Frar 2013 — Pepi vs ERCEA

(Kawża F-33/12) (1)

(Servizz Pubbliku - Membri tal-persunal bil-kuntratt - Membri tal-persunal bil-kuntratt awżiljarji - Reklutaġġ - Klassifikazzjoni waqt ir-reklutaġġ - Artikoli 3a, 3b u 86 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg - ERCEA - Regoli interni tal-klassifikazzjoni tal-membri tal-persunal bil-kuntratt)

2013/C 147/65

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jean Pepi (Brussell, il-Belġju), (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenuta: Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (ERCEA), (rappreżentanti: M. Oliván Avilés u M. G. Bambara, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament parzjali tal-kuntratt tar-rikorrent stipulat mal-ERCEA fil-parti fejn huwa ġie kklassifikat fil-grad AD10.

Dispożittiv tad-digriet

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat.

(2)

J. Pepi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat li jbati l-ispejjeż sostnuti mill-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka.

(3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, parti intervenjenti, għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 184, 23.06.2012, p. 23.