11.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/29


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2013 — Aristidis Psarras vs ENISA

(Kawża F-7/12) (1)

(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Evalwazzjoni - Proċedura ta’ evalwazzjoni għas-sena 2009 - Rapport tal-iżvilupp tal-karriera - Talba għall-annullament tar-rapport tal-iżvilupp tal-karriera - Att li jikkawża preġudizzju - Rikors manifestament inammissibbli)

2014/C 9/47

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Aristidis Psarras (Héraklion, il-Greċja) (rappreżentanti: L. Levi u A. Tymen, avukati)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) (rappreżentanti: E. Maurage, aġent, assistit minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għas-sena 2009 kif ukoll tad-deċiżjoni li tistabbilixxi l-lista tal-uffiċjali promossi għas-sena 2010 u, jekk neċessarju, tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tiegħu tas-17 ta’ Ottubru 2011.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

(2)

L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għandha tbati l-isepjjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn A. Psarras.


(1)  ĠU C 133, 05.05.2012, p. 20.