24.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/49


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2014 – BN vs Il-Parlament

(Kawża F-157/12) (1)

((Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Rikors għal annullament - Uffiċjal fil-grad AD 14 li jokkupa provviżorjament post ta’ konsulent għad-direttur - Allegazzjoni ta’ fastidju psikoloġiku fil-konfront tad-direttur ġenerali - Leave tal-mard għal żmien twil - Deċiżjoni ta’ ħatra f’post ta’ konsulent f’direttorat ġenerali ieħor - Obbligu ta’ premura - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Interess tas-servizz - Regola tal-korrispondenza bejn il-grad u l-impjieg - Rikors għad-danni - Dannu li jirriżulta minn aġir mhux deċiżjonali))

2014/C 421/68

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: BN (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Tymen, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: O. Caisou-Rousseau u V. Montebello-Demogeot, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li taħtar f’kariga ġdida lir-rikorrent u tad-deċiżjoni impliċita li tittermina, b’effett retroattiv, il-funzjonijiet tiegħu bħala konsulent tad-direttur ta’ direttorat tal-Parlament Ewropew u talba għall-kumpens għad-danni subiti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn BN.


(1)  ĠU C 71, 9.03.2013, p. 31.