21.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 377/21 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Novembru 2013 — Doyle vs Europol
(Kawża F-103/12) (1)
(Servizz pubbliku - Persunal tal-Europol - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt - Rifjut li jingħata kuntratt għal żmien indeterminat - Annullament mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Eżekuzzjoni tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku)
2013/C 377/48
Lingwa tal-kawża:l-Olandiż
Partijiet
Rikorrenti: Margaret Doyle (Noordwijkerhout, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: W. J. Dammingh u N. D. Dane, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (rappreżentanti: D. Neumann u D. El Khoury, aġenti, B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Europol, meħuda sabiex tiġi eżegwita s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ Ġunju 2010 fil-kawża Doyle vs Europol, F-37/09, li permezz tagħha Europol tat lir-rikorrent somma f’daqqa bħala kumpens għad-dannu kkawżat lilu mid-deċiżjoni li ġiet annullata mill-imsemmija sentenza.
Dispożittiv
(1) |
Id-deċiżjoni tat-28 ta’ Novembru 2011 li permezz tagħha l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija ta lil M. Doyle is-somma ta’ EUR 3 000 bil-għan li tiġi eżegwita s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ Ġunju 2010 fil-kawża Doyle vs Europol (F-37/09), hija annullata. |
(2) |
L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn M. Doyle. |
(1) ĠU C 26, 26.01.2013, p. 70.