15.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 171/41


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-24 April 2013 — Demeneix vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-96/12) (1)

(Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Kundizzjoni marbuta mal-esperjenza professjonali - Portata tas-setgħa diskrezzjonali)

2013/C 171/85

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Laurent Demeneix (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AD/207/11 li tikkonferma d-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista ta’ riżerva peress li dan ma jissodisfax ċerti kundizzjonijiet speċifiċi ta’ ammissjoni għal din il-kompetizzjoni u talba għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

L. Demeneix għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat iħallas l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 343, 10.11.2012, p. 23.