15.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 198/48


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ April 2015 – Todorova Androva vs Il-Kunsill

(Kawża F-78/12) (1)

((Servizz pubbliku - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2011 - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ uffiċjali li jistgħu jiġu promossi - Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal - Anzjanità ta’ sentejn fil-grad - Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-perijodu ta’ xogħol imwettaq bħala membru tal-persunal temporanju - Differenza fit-trattament minħabba n-natura legali tal-impjieg tal-ħaddiema kkonċernati - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Klawżola 4 - Invokabbiltà - Esklużjoni))

(2015/C 198/65)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Viara Todorova Androva (Rhode-Saint-Genèse, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Herrmann u M. Bauer, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li ma jinkludix lir-rikorrent fil-lista tal-uffiċjali eliġibbli għal promozzjoni għas-sena 2011.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

V. Todorova Androva għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 295, 29.09.2012, p. 34.