30.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 352/24


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 — Vasilev vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-77/12) (1)

(Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/208/11 - Impossibbiltà matul l-eżami preliminari li tintuża l-keyboard li l-kandidat kien imdorri juża - Rifjut ta’ ammissjoni għall-eżami ta’ evalwazzjoni - Ugwaljanza fit-trattament)

2013/C 352/46

Lingwa tal-kawża:il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrent: Vasil Vasilev (Sandanski, il-Bulgarija) (rappreżentant: R. Nedin, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u N. Nikolova, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix ammess għall-eżamijiet ta’ evalwazzjoni fil-kuntest tal-kompetizzjoni EPSO/AD/208/11.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

V. Vasilev għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawn tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 319, 20.10.2012, p. 18.