|
8.2.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 39/28 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 — Lebedef vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-68/12) (1)
(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rapport ta’ evalwazzjoni - Proċedura ta’ evalwazzjoni għas-sena 2010 - Talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni - Talba għall-annullament tan-numru ta’ punti ta’ promozzjoni attribwiti)
2014/C 39/51
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Giorgio Lebedef (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayer u G. Berscheid, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-punti ta’ promozzjoni attribwiti lir-rikorrent u tar-rapport ta’ evalwazzjoni tiegħu għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2010.
Dispożittiv
|
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
(2) |
G. Lebedef għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea. |
(1) ĠU C 258, 25.8.2012, p. 28.