31.8.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 252/46 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2013 — CF vs EASA
(Kawża F-40/12) (1)
(Servizz Pubbliku - Ex membru tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien determinat - Tkeċċija matul leave tal-mard - Artikolu 16 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Artikolu 48(b) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Fastidju psikoloġiku)
2013/C 252/80
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: CF (Bierges, il-Belġju) (rappreżentant: A. Schwend, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni (EASA) (rappreżentanti: F. Manuhutu, aġent u assistit minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija tar-rikorrenti u talba għall-kumpens għad-dannu allegatament subiti minħabba din it-tkeċċija u minħabba l-fastidju allegat.
Dispożittiv
(1) |
Id-deċiżjoni tal-24 ta’ Mejju 2011 li biha l-awtorità awtorizzata li tikkonkludi kuntratti ta’ impjieg tal-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni temmet il-kuntratt ta’ membru tal-persunal ta’ CF hija annullata. |
(2) |
L-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni kkundannata tħallas lil CF is-somma ta’ EUR 88 189,76 bħala kumpens għad-danni materjali. |
(3) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
(4) |
L-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà tal-Avjazzjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u kkundannata tbati tliet kwarti mill-ispejjeż sostnuti minn CF. |
(5) |
CF għandha tbati kwart mill-ispejjeż tagħha. |
(1) ĠU C 184, 23.06.2012, p. 24