4.8.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 253/67


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-tieni Awla) tad-19 ta’ Ġunju 2014 – BN vs Il-Parlament

(Kawża F-24/12) (1)

((Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Rikors għal annullament - Uffiċjal fil-grad AD 14 li għandu pożizzjoni ta’ kap ta’ unità - Allegazzjoni ta’ fastidju psikoloġiku kontra d-direttur ġenerali - Eżerċizzju ta’ mobbiltà - Rifjut li tiġi aċċettata l-ħatra f’pożizzjoni ta’ konsulent f’direttorat ġenerali ieħor b’telf taż-żieda fis-salarju marbuta mal-pożizzjoni ta’ kap ta’ unità - Deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid provviżorja f’pożizzjoni oħra ta’ konsulent - Interess tas-servizz - Regola li l-grad għandu jikkorrispondi mal-impjieg - Rikors għad-danni - Dannu li jirriżulta minn aġir mhux deċiżjonali))

2014/C 253/93

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: BN (rappreżentanti: inizjalment S. Rodrigues, A. Tymen u A. Blot, avukati, sussegwentement S. Rodrigues u A. Tymen, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment O. Caisou-Rousseau u J. F. de Wachter, sussegwentement O. Caisou-Rousseau u V. Montebello-Demogeot)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni adottata mill-President tal-Parlament Ewropew li tassenja mill-ġdid lir-rikorrenti fi ħdan l-istess direttorat ġenerali tal-Parlament mill-pożizzjoni ta’ kap ta’ unità għall-pożizzjoni ta’ konsulent tad-direttur ta’ direttorat u talba għad-danni għall-fastidju psikoloġiku.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż kollha tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn BN.


(1)  ĠU C 138, 12.05.2012, p. 36