31.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 252/45


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2013 — Di Prospero vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-12/12) (1)

(Servizz Pubbliku - Ħatra - Riżultat pożittiv f’kompetizzjoni wara s-sejħa magħmula lir-rikorrent sabiex jipparteċipa f’kompetizzjoni għall-eżekuzzjoni ta’ sentenza - Ħatra fil-grad b’effett retroattiv)

2013/C 252/78

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Rita Di Prospero (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot u C. Bernard-Glanz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrenti li tirrigwarda l-klassifikazzjoni tagħha fil-grad AD 11 b’effett retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2010 u talba għall-kumpens għad-dannu allegatament subit.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-18 ta’ Ottubru 2011, li tirrifjuta lil R. Di Prospero l-klassifikazzjoni fil-grad AD 11 b’effett mill-1 ta’ Jannar 2010, hija annullata.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn R. Di Prospero.


(1)  ĠU C 138, 12.05.2012, p. 32.