12.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/46


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-13 ta’ Novembru 2014 – Hristov vs Il-Kummissjoni u EMA

(Kawża F-2/12) (1)

((Servizz pubbliku - Proċedura ta’ selezzjoni u ta’ ħatra tad-direttur eżekuttiv ta’ aġenzija regolatorja - Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) - Proċedura ta’ selezzjoni f’żewġ fażijiet - Preselezzjoni fi ħdan il-Kummissjoni - Ħatra mill-kunsill ta’ aministrazzjoni tal-EMA - Obbligu għall-kunsill ta’ amministrazzjoni tal-EMA li jagħżel id-direttur eżekuttiv minn fost il-kandidati magħżula mill-Kummissjoni - Rikors għal annullament - Kompożizzjoni tal-kumitat ta’ preselezzjoni - Kumulu tal-funzjonijiet ta’ membru tal-kumitat ta’ preselezzjoni u ta’ membru tal-kunsill ta’ amministrazzjoni tal-EMA - Kandidati membri tal-kunsill ta’ amministrazzjoni tal-EMA li jidhru fil-lista ta’ kandidati magħżula mill-Kummissjoni - Ħatra tal-kandidat membru tal-kunsill ta’ amministrazzjoni tal-EMA - Dmir ta’ imparzjalità - Ksur - Annullament - Rikors għad-danni - Dannu morali separabbli mill-illegalità li fuqha huwa bbażat l-annullament - Prova - Assenza))

(2015/C 007/52)

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Emil Hristov (Sofija, il-Bulgarija) (rappreżentanti: M. Ekimdjiev, K. Boncheva u G. Chernicherska, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: inizjalment J. Currall u D. Stefanov, aġenti, sussegwentement J. Currall u N. Nikolova, aġenti)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, (rappreżentanti: inizjalment V. Salvatore u T. Jablonski, aġenti, sussegwentement J. Currall u N. Nikolova, aġenti)

Suġġett

L-ewwel nett, talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar it-tfassil u l-approvazzjoni tal-lista ta’ preselezzjoni ppreżentata lill-kunsill ta’ amministrazzjoni tal-EMA fil-kuntest tal-proċedura ta’ selezzjoni u ta’ ħatra tad-direttur eżekuttiv ta’ din l-aġenzija, it-tieni nett, talba għall-annullament tal-ħatra ta’ kandidat ieħor għal din il-pożizzjoni u t-tielet nett, talba għall-kumpens għad-dannu morali allegatament sostnut.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-20 ta’ April 2011, li permezz tagħha hija tipproponi lill-kunsill ta’ amministrazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini lista ta’ erba’ kandidati rrakkomandati mill-kumitat ta’ preselezzjoni u kkonfermati mill-kumitat konsultattiv tal-ħatriet, hija annullata.

2)

Id-deċiżjoni tal-kunsill ta’ amministrazzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini tas-6 ta’ Ottubru 2011, dwar il-ħatra tad-direttur eżekuttiv, hija annullata.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u huma kkundannati jbatu, kull waħda minnhom, nofs l-ispejjeż kollha sostnuti minn E. Hristov.


(1)  ĠU C 184, 23/06/2012, p. 21.