Kawża C-551/12 P(R)

Électricité de France SA (EDF)

il-parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni Ewropea

“Appell — Proċeduri għal miżuri provviżorji — Konċentrazzjonijiet ta’ impriżi — Suq Ewropew tal-elettriku — Akkwist ta’ kontroll ta’ Segebel SA minn EDF — Deċiżjoni li tiddikjara kompatibbli mas-suq komuni konċentrazzjoni, bil-kundizzjoni li jiġu osservati l-impenji meħuda minn EDF — Rifjut mill-Kummissjoni li tagħti lil EDF proroga tat-terminu stabbilit biex tonora wħud mill-impenji tagħha — Kunċetti ta’ urġenza kif ukoll ta’ dannu gravi u irreparabbli”

Sommarju – Digriet tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Marzu 2013

  1. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji

    (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 160(3); Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2))

  2. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Dannu gravi u irreparabbli – Dannu finanzjarju – Natura gravi tad-dannu – Evalwazzjoni biss fid-dawl tad-daqs tal-impriża kkonċernata – Inammissibbiltà

    (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE)

  3. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni

  4. Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu finanzjarju – Seħħ tad-dannu li jiddependi minn avvenimenti futuri u inċerti – Nuqqas ta’ dannu ċert

    (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2))

  5. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Dannu gravi u irreparabbli – Natura irreparabbli tad-dannu – Dannu finanzjarju – Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti – Evalwazzjoni fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-grupp ta’ appartenenza

    (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE)

  6. Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Dannu gravi u irreparabbli – Dannu finanzjarju li ma jistax jiġi totalment ikkumpensat wara – Oneru tal-prova

    (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE)

  1.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 21-25)

  2.  Fil-kuntest tal-evalwazzjoni tal-gravità tad-dannu allegat f’talba għal miżuri provviżorji, il-fatt li l-appellanti ma pprovdietx informazzjoni dwar id-daqs tal-impriża tagħha ma huwiex biżżejjed fih innifsu biex fuqu tiġi bbażata ċ-ċaħda ta’ din it-talba minħabba li l-appellanti ma stabbilixxietx il-gravità tad-dannu allegat.

    Ċertament, id-daqs tal-impriża jista’ jkollu effett fuq l-evalwazzjoni tal-gravità tad-dannu finanzjarju allegat, peress li dan ikun iktar gravi jekk huwa kunsiderevoli meta mqabbel ma’ dan id-daqs u inqas gravi fil-każ kuntrarju. Għalhekk, f’ċerti ċirkustanzi, l-argumenti dwar il-gravità ta’ dannu allegat jistgħu jiġu evitati fuq il-bażi ta’ sempliċi paragun bejn dan tal-aħħar u d-dħul mill-bejgħ tal-impriża li tista’ tbati l-imsemmi dannu.

    Madankollu, ma jistax jiġi eskluż li dannu finanzjarju oġġettivament kunsiderevoli u li allegatament jirriżulta mill-obbligu li tiġi definittivament eżerċitata għażla kummerċjali importanti f’terminu inopportun, jista’ jitqies li huwa “gravi” jew saħansitra li l-gravità ta’ tali dannu tista’ titqies li hija evidenti, anki fl-assenza ta’ informazzjoni dwar id-daqs tal-impriża kkonċernata.

    (ara l-punti 31-33)

  3.  Ara t-test tad-deċiżjoni.

    (ara l-punti 39- 41, 48)

  4.  Meta d-dannu invokat f’talba għal miżuri provviżorji ikun ta’ natura finanzjarja, il-miżuri provviżorji mitluba jkunu ġġustifikati jekk jidher li, fl-assenza ta’ dawn il-miżuri provviżorji, l-appellanti tkun tinsab f’sitwazzjoni li tista’ tqiegħed fil-perikolu l-pożizzjoni finanzjarja tagħha qabel l-intervent tad-deċiżjoni li ttemm il-proċedura dwar il-merti jew li l-ishma tagħha fis-suq jinbidlu b’mod kunsiderevoli fid-dawl, b’mod partikolari, tad-daqs u tad-dħul mill-bejgħ tal-impriża tagħha kif ukoll tal-karatteristiċi tal-grupp li tifforma parti minnu.

    F’dan ir-rigward, fil-każ ta’ sitwazzjoni li tista’ tqiegħed fil-perikolu s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ impriża, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tan-natura irreparabbli tad-dannu li allegatament jirriżulta mit-telf li jista’ jseħħ fil-kuntest ta’ investiment, huwa rilevanti li jiġi pparagunat id-dħul mill-bejgħ dinji tal-grupp li tifforma parti minnu u l-ispiża tal-imsemmi investiment.

    (ara l-punti 54-58)

  5.  Dannu ta’ natura finanzjarja jitqies irreparabbli fil-każ li ma jkunx jista’ jiġi totalment ikkumpensat, fatt li jista’ b’mod partikolari jseħħ li kieku d-dannu, anki meta jseħħ, ma jkunx jista’ jiġi kkalkolat. F’dan ir-rigward hija l-appellanti li għandha tipprovdi l-argumenti u l-provi preċiżi u konvinċenti f’dan ir-rigward fit-talba tagħha għal miżuri provviżorji.

    (ara l-punti 60, 61)

Kawża C-551/12 P(R)

Électricité de France SA (EDF)

il-parti l-oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni Ewropea

“Appell — Proċeduri għal miżuri provviżorji — Konċentrazzjonijiet ta’ impriżi — Suq Ewropew tal-elettriku — Akkwist ta’ kontroll ta’ Segebel SA minn EDF — Deċiżjoni li tiddikjara kompatibbli mas-suq komuni konċentrazzjoni, bil-kundizzjoni li jiġu osservati l-impenji meħuda minn EDF — Rifjut mill-Kummissjoni li tagħti lil EDF proroga tat-terminu stabbilit biex tonora wħud mill-impenji tagħha — Kunċetti ta’ urġenza kif ukoll ta’ dannu gravi u irreparabbli”

Sommarju – Digriet tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Marzu 2013

  1. Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Fumus boni juris — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Natura kumulattiva — Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni — Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika — Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji

    (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 160(3); Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2))

  2. Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Dannu gravi u irreparabbli — Dannu finanzjarju — Natura gravi tad-dannu — Evalwazzjoni biss fid-dawl tad-daqs tal-impriża kkonċernata — Inammissibbiltà

    (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE)

  3. Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni

  4. Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Oneru tal-prova — Dannu finanzjarju — Seħħ tad-dannu li jiddependi minn avvenimenti futuri u inċerti — Nuqqas ta’ dannu ċert

    (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2))

  5. Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Dannu gravi u irreparabbli — Natura irreparabbli tad-dannu — Dannu finanzjarju — Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti — Evalwazzjoni fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-grupp ta’ appartenenza

    (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE)

  6. Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Dannu gravi u irreparabbli — Dannu finanzjarju li ma jistax jiġi totalment ikkumpensat wara — Oneru tal-prova