Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-10 ta’ April 2014 — Macedo Maia et

(Kawża C‑511/12)

“Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 80/987/KEE — Direttiva 2002/74/KE — Protezzjoni tal-ħaddiema impjegati fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega — Istituzzjonijiet ta’ garanzija — Limitazzjoni tal-obbligu ta’ ħlas tal-istituzzjonijiet ta’ garanzija — Djun salarjali li saru dovuti iktar minn sitt xhur qabel it-tressiq ta’ kawża intiża sabiex tiġi kkonstatata l-insolvenza tal-persuna li timpjega”

Politika soċjali — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Protezzjoni tal-ħaddiema fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega — Direttiva 80/987 — Limitazzjoni tal-obbligu ta’ ħlas tal-istituzzjonijiet ta’ garanzija — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi d-djun salarjali li saru dovuti iktar minn sitt xhur qabel il-preżentata ta’ rikors intiż għall-konstatazzjoni tal-insolvenza tal-persuna li timpjega — Ammissibbiltà (Direttiva tal-Kunsill 80/987, kif emendata bid-Direttiva 2002/74) (ara l-punti 20-27 u d-dispożittiv)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Tribunal Central Administrativo –Interpretazzjoni tal-Artikoli 4 u 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 80/987/CEE, tal-20 ta’ Ottubru 1980, dwar it-taqrib tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-impjegati f’każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 217) — Limitazzjoni tal-obbligu ta’ ħlas tal-istituzzjonijiet ta’ garanzija — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita dan l-obbligu ta’ ħlas għad-djun li saru dovuti matul is-sitt xhur qabel it-tressiq ta’ kawża intiża sabiex tiġi kkonstatata l-insolvenza tal-persuna li timpjega — Applikazzjoni ta’ din il-limitazzjoni f’każ ta’ preżentata ta’ rikors quddiem il-qrati tax-xogħol intiż sabiex jiġi stabbilit il-valur tad-djun mhux imħallsa matul is-sitt xhur wara d-data meta d-djun saru dovuti.

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 80/987/KEE, tal-20 ta’ Ottubru 1980, dwar il-protezzjoni tal-impjegati f’każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom, kif emendata bid-Direttiva 2002/74/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Settembru 2002, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tiggarantixxix id-djun salarjali li saru dovuti iktar minn sitt xhur qabel il-preżentata ta’ rikors intiż sabiex tiġi kkonstatata l-insolvenza tal-persuna li timpjega, minkejja li l-ħaddiema jkunu ressqu, qabel il-bidu ta’ dan il-perijodu, proċedura ġudizzjarja kontra l-persuna li timpjegahom sabiex jiksbu l-iffissar tal-ammont ta’ dawn id-djun u l-infurzar tal-irkupru tagħhom.