Partijiet
Motivi tas-sentenza
Parti operattiva

Partijiet

Fil-Kawża C-415/12,

li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Arbeitsgericht Nienburg (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-4 ta’ Settembru 2012, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-13 ta’ Settembru 2012, fil-proċedura

Bianca B. Brandes

vs

Land Niedersachsen,

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (neuvième chambre),

komposta minn J. Malenovský, President tal-Awla, M. Safjan u A. Prechal (Relatur), Imħallfin,

Avukat Ġenerali: E. Sharpston,

Reġistratur: A. Calot Escobar,

wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat, skont l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,

tagħti l-preżenti

Digriet

Motivi tas-sentenza

1. It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol part-time, konkluż fis-6 ta’ Ġunju 1997 (iktar ’il quddiem il-“Ftehim qafas dwar xogħol part-time”), li jinsab anness mad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, tal-15 ta’ Diċembru 1997, li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill- UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 267), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 98/23/KE, tas-7 ta’ April 1998 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 278), kif ukoll ta’ kwalunkwe dispożizzjonijiet oħrajn tad-dritt tal-Unjoni li jistgħu jitqiesu rilevanti fid-dawl tal-kawża prinċipali.

2. Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn B. Brandes u Land Niedersachsen dwar id-dritt għal-leave annwali mħallas relatat mas-sena 2010 u 2011 li l-persuna kkonċernata ma setgħetx tibbenefika minnu matul dawn is-sentejn li kienu jikkostitwixxu l-perijodi ta’ referenza.

Il-kuntest ġuridiku

Id-dritt tal-Unjoni

3. Il-Klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol part-time, intitolata “Il-prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni”, jipprovdi fil-punti 1 u 2 tiegħu:

“1. Fejn għandhom x’jaqsmu il-kondizzjonijiet tax-xogħol, ħaddiema part-time m’għandhomx jiġu ttrattati b’manjiera inqas favorevoli minn ħaddiema full-time ta’ l-istess tip biss minħabba li huma jaħdmu part-time kemm-il darba dan it-trattament differenti mhuwiex oġġettivament ġustifikat.

2. Meta approprjat, il-prinċipju tal-pro rata temporis għandu japplika.”

4. Id-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tirrigwarda ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381), tipprovdi fl-Artikolu 7, intitolat “Leave annwali”:

“1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa ħalli jassiguraw li kull ħaddiem ikun intitolat għal-leave annwali bil-ħlas ta’ mill-anqas erba’ ġimgħat b’konformità mal-kondizzjonijiet għall-intitolament għal, u l-għoti ta’, leave bħal dan stabbilit bil-leġislazzjoni nazzjonali u/jew bil-prattika.

2. Il-perjodu minimu ta’ leave annwali bil-ħlas ma jistax ikun mibdul b’pagament ta’ benefiċċji bħala kumpens, apparti minn meta r-relazzjoni ta’ l-impieg tkun ġiet itterminata.”

Id-dritt Ġermaniż

5. Il-Liġi federali dwar il-leave (Bundesurlaubsgesetz), tat-8 ta’ Jannar 1963 (BGBl. 1963, p. 2), tipprovdi fl-Artikolu 3(1) tagħha, li “[i]t-tul tal-leave annwali huwa ta’ mill-inqas 24 jum tax-xogħol”.

6. Skond l-Artikolu 11(1) tal-imsemmija Liġi federali:

“Il-ħlas tal-leave huwa kkalkolat abbażi tar-remunerazzjoni medja li l-ħaddiem ikun irċieva matul l-aħħar tlettax-il ġimgħa li jippreċedu l-bidu tal-leave, bl-eċċezzjoni tar-remunerazzjoni mħallsa b’mod addizzjonali għas sahra. [...]”

7. L-Artikolu 26(1) tal-Ftehim kollettiv tal-impjegati tas-Servizz Pubbliku tal-Länder (Tarifvertrag für den öffentlichen Dienst der Länder) tat-12 ta’ Ottubru 2006, kif emendat bl-Emenda għall-Ftehim kollettiv Nru 4, tat-2 ta’ Jannar 2012, huwa fformulat kif ġej:

“Kull sena kalendarja, l-impjegati għandhom dritt għal leave li matulu jirċievu r-remunerazzjoni (Artikolu 21). Meta l-ammont ta’ xogħol fil-ġimgħa huwa mqassam fuq ħamest ijiem tal-ġimgħa kalendarja, id-dritt għal leave għal kull sena kalendarja għandu jkun ta’ 26 jum tax-xogħol sal-età ta’ 30 sena, ta’ 29 jum tax-xogħol sal-età ta’ 40 sena u ta’ 30 jum tax-xogħol sal-età ta’ 40 sena.

Il-jiem tax-xogħol huma l-ġranet kalendarji kollha li matulhom, skont l-iskeda tax-xogħol jew il-prattiki tal-impriża, l-impjegati għandhom jaħdmu jew kien messhom ħadmu [...] Meta l-ammont tax-xogħol huwa mqassam b’mod ieħor milli fuq ħamest ijiem, id-dritt għal leave jiżdied jew jonqos b’mod korrispondenti. Meta mill-kalkolu tal-leave tirriżulta frazzjoni li tikkorrispondi għall-inqas għal nofs ġurnata xogħol, hija għandha titqies bħala ġurnata leave sħiħa. Il-frazzjonijiet li huma ta’ inqas minn nofs ġurnata leave ma jittiħdux inkunsiderazzjoni. [...]”

8. Id-dritt Ġermaniż ma jirregolax espressament il-kwistjoni dwar liema effetti bidla tal-ħin tax-xogħol għandha fuq il-leave mhux meħud.

9. L-Artikolu 4(1) tal-Liġi dwar ix-xogħol part-time u l-kuntratti għal żmien determinat, tal-21 ta’ Diċembru 2000 jipprovdi li:

“Ħaddiem part-time ma għandux jiġi ttrattat b’manjiera inqas favorevoli minn ħaddiem full-time kumparabbli, biss minħabba li huwa jaħdem part-time, sakemm ma jkunux jeżistu raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw trattament differenti. Il-ħaddiem part-time għandu jikseb remunerazzjoni jew servizz ieħor diviżibbli bi flus li l-portata tiegħu għandha għall-inqas tkun kumparabbli għall-ammont ta’ xogħol tiegħu meta mqabbel ma’ dak ta’ ħaddiem full-time kumparabbli.”

Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari

10. B. Brandes kienet impjegata full-time mil-Land Niedersachsen b’kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat konkluż fl-2009.

11. Fl-2010, B. Brandes kienet ipprojbita milli taħdem minħabba t-tqala tagħha sat-twelid tat-tarbija li seħħ fit-22 ta’ Diċembru 2010. Ware li temm il-leave tal-maternità tagħha, fis-17 ta’ Frar 2011, hija bbenefikat minn leave parentali li ġie fi tmiemu fil-21 ta’ Diċembru 2011.

12. Mit-22 ta’ Diċembru 2011, fuq ftehim konkluż bejnha u l-Land Niedersachsen, B. Brandes bdiet taħdem part-time fuq il-bażi ta’ tlett ijiem tax-xogħol fil-ġimgħa.

13. Huwa paċifiku li, fid-dawl tal-projbizzjoni milli taħdem marbuta mat-tqala tagħha, segwita mil-leave tal-maternità, imbagħad mil-leave parentali meħud minn B. Brandes, fl-2010 u fl-2011 din tal-aħħar ma setgħetx tieħdu 22 jum u 7 ijiem, rispettivament, ta’ leave annwali mħallas ikkalkolat fuq il-bażi tax-xogħol full-time tagħha.

14. Fil-kuntest tal-kawża prinċipali li tressqet quddiem l-Arbeitsgericht Nienburg, B. Brandes titlob li jiġi rrikonoxxut id-dritt tagħha li tibbenefika mid-29 jum ta’ leave imħallas imsemmija iktar ’il fuq, li kienu akkumulati meta kienet taħdem full-time.

15. Sabiex jirrifjuta li jilqa’ l-imsemmija talba, il-Land Niedersachsen invoka deċiżjoni tal-Bundesarbeitsgericht tat-28 ta’ April 1998, li minnha jirriżulta li, f’każ ta’ bidla tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiem, id-drittijiet għal leave akkumulati diġà minnu għandhom jiġu aġġustati b’mod proporzjonat b’relazzjoni bejn in-numru l-ġdid u dak l-antik ta’ ġranet maħduma. Skont dan il-Land, minn dan isegwi li B. Brandes hija intitolata għall-bqija tal-leave ta’ 17-il ġurnata, jiġifieri 29 jum diviż b’ 5 ijiem, immultiplikat bi 3 ijiem, għat-total ta’ 17.4-il jum li jitqies bħala 17-il jum.

16. Il-Land Niedersachsen isostni, b’mod partikolari, li tali kalkolu ta’ ġranet ta’ leave pro rata għall-ġranet maħduma għandu effett newtrali fuq it-tul tal-leave li minnu tibbenefika B. Brandes inkwantu, meta jiġi espress f’numru ta’ ġimgħat ta’ leave, dan jibqa’ l-istess wara l-imsemmi kalkolu. Għandu jittieħed inkunsiderazzjoni, f’dan ir-rigward, li taħt l-iskema l-ġdida tagħha ta’ xogħol part-time, il-parti kkonċernata għandha bżonn inqas ġranet ta’ leave sabiex tikseb ġimgħa ħielsa. Min-naħa l-oħra, kieku n-numru ta’ ġranet ta’ leave ma jkunx ikkalkolat b’mod proporzjonat għall-ġranet maħduma, dan ikollu l-konsegwenza li B. Brandes tkun f’pożizzjoni li tieħu iktar ġimgħat leave minn dawk li kienet tkun intitolata għalihom kieku baqgħet taħdem full-time, u dan iwassal għal vantaġġ favoriha mhux iġġustifikat meta mqabbla ma’ ħaddiem impjegat full-time.

17. Skont il-Land Niedersachsen, it-tilwima li għandha quddiema l-qorti tar-rinviju tiddistingwi ruħha, f’dan ir-rigward, mill-kawża li tat lok għas-sentenza tat-22 ta’ April 2010, Zentralbetriebsrat der Landeskrankenhäuser Tirols (C-486/08, Ġabra p. I-3527) sa fejn, f’din il-kawża tal-aħħar, kienet inkwistjoni regola fil-qasam tal-leave li tesprimi dan il-leave f’sigħat. Issa, minkejja li f’dan il-każ, minħabba l-użu ta’ perijodu ta’ referenza espress f’ġimgħat, il-ħaddiem ma jsofri ebda żvantaġġ rigward l-estent tal-leave li jibbenefika minnu, dan ma kienx ikun il-każ fil-kuntest tal-imsemmija kawża peress li, għal dak li jirrigwarda l-leave espress f’sigħat, kwalunkwe bidla tal-ħin tax-xogħol kien ikollha effett dirett fuq it-tul tal-leave.

18. L-Arbeitsgericht Nienburg tindika li min-naħa tagħha hija konvinta li huwa dedott b’mod ċar mis-sentenza Zentralbetriebsrat der Landeskrankenhäuser Tirols li l-iffissar pro rata tad-drittijiet għal leave annwali diġà akkumulat minn ħaddiem impjegat full-time, bħal dak li qiegħed jipprova jagħmel il-Land Niedersachsen, jikser id-dritt tal-Unjoni. Din il-qorti tqis, b’mod partikolari, li tali ffissar joħloq diskriminazzjoni bejn il-ħaddiema full-time u l-ħaddiema part-time li hija pprojbita mill-Klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol part-time.

19. Għal dak li jirrigwarda l-argument tal-Land Niedersachsen espost fil-punt 16 tad-digriet preżenti, l-Arbeitsgericht Nienburg tqis li joħloq konfużjoni bejn żmien ta’ “leave” u żmien ta’ “azzenza mill-impriża”. Din il-qorti tirrileva wkoll li n-natura inammissibbli tat-tnaqqis tad-dritt għal leave imħallas diġà akkumulat waqt il-perijodu preċedenti tinkludi, meta tiġi eżaminata b’mod korrett, żewġ aspetti, jiġifieri t-tul tal-leave u l-ħlas tal-leave.

20. Fid-dawl, b’mod partikolari, tal-eżistenza tal-ġurisprudenza tal-Bundesarbeitsgericht imsemmija fil-punt 15 tad-digriet preżenti, l-Arbeitsgericht Nienburg tqis madankollu neċessarju li tikseb kjarifika mill-Qorti tal-Ġustizzja dwar dawn il-kwistjonijiet.

21. Kien f’dan il-kuntest li l-Arbeitsgericht Nienburg iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:

“Id-dritt rilevanti tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-klawżola 4(1) u (2) tal-Ftehim Qafas dwar xogħol part-time [...] għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet nazzjonali li jirriżultaw mil-liġi jew minn ftehim, jew prattiki, li permezz tagħhom, f’każ ta’ bidla fil-ħinijiet tax-xogħol ta’ ħaddiem li tikkonċerna n-numru ta’ jiem maħduma fil-ġimgħa, il-portata tad-dritt għal-leave mhux meħud li l-ħaddiem ma kellux il-possibbiltà jeżerċita matul il-perijodu ta’ riferiment għandha tiġi aġġustata b’mod li, għalkemm id-dritt għal-leave espress f’ġimgħat jibqa’ l-istess, id-dritt għal-leave espress fi ġranet jiġi aġġustat skont il-ħinijiet il-ġodda tax-xogħol?”

Fuq id-domanda preliminari

22. Skont l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, meta domanda preliminari magħmula tkun identika għal domanda li dwarha l-Qorti tal-Ġustizzja tkun diġà ddeċidiet, meta r-risposta għal tali domanda tkun tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza jew meta r-risposta għad-domanda preliminari ma tħalli lok għal ebda dubju raġonevoli, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat.

23. F’din il-kawża hemm lok fejn l-imsemmija dispożizzjoni tiġi applikata.

24. Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk id-dritt rilevanti tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol part-time, għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet jew prattika nazzjonali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħhom in-numru ta’ ġranet ta’ leave annwali mħallas li kien impossibbli għal ħaddiem impjegat full-time li jibbenefika minnu matul il-perijodu ta’ referenza, huwa suġġett, minħabba l-fatt li dan il-ħaddiem għadda għal skema ta’ xogħol part-time, għal tnaqqis li huwa proporzjonali għad-differenza eżistenti bejn in-numru ta’ ġranet ta’ xogħol fil-ġimgħa maħduma minn dan il-ħaddiem qabel u wara ma għadda għal xogħol part-time.

25. Minkejja li fuq il-livell formali l-qorti tar-rinviju rreferiet iktar speċifikament, fid-domanda tagħha, għall-Klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol part-time, dan il-fatt ma jipprekludix lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tipprovdi lill-imsemmija qorti bl-elementi kollha ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li jistgħu jkunu utli għas-sentenza tal-kawża mressqa quddiemha, sew jekk din il-qorti tkun għamlet riferiment għalihom fid-domanda tagħha u sew jekk le (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Zentralbetriebsrat der Landeskrankenhäuser Tirols, iċċitata iktar ’il fuq, punt 49 u l-ġurisprudenza ċċitata). L-ewwel nett, għandu jiġi rrilevat li l-qorti tar-rinviju nnifisha rreferiet, fid-domanda tagħha, għad-dritt rilevanti tal-Unjoni fl-intier tiegħu.

26. Qabelxejn għandu jiġi indikat li, fost id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni rilevanti għall-finijiet ta’ risposta għad-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju, u kif irrilevaw kemm B. Brandes li l-Gvern Ġermaniż u l-Kummissjoni Ewropea, jinsab l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88 relattiv għad-dritt għal-leave annwali mħallas.

27. Hekk kif jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, li barra minn hekk il-qorti tar-rinviju stess irreferiet għaliha, dan id-dritt, ta’ kull ħaddiem, għal-leave annwali mħallas għandu jitqies bħala prinċipju tad-dritt soċjali tal-Unjoni li għandu importanza partikolari (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Zentralbetriebsrat der Landeskrankenhäuser Tirols, iċċitata iktar ’il fuq, punt 28 u l-ġurisprudenza ċċitata).

28. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat, diversi drabi, li d-dritt għal-leave annwali mħallas, mogħti lil kull ħaddiem huwa, bħala prinċipju tad-dritt soċjali tal-Unjoni, espressament stabbilit mill-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li l-Artikolu 6(1) TUE jirrikonoxxilha l-istess valur legali bħat-trattati (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-8 ta’ Novembru 2012, Heimann u Toltschin, C-229/11 u C-230/11, punt 22 u l-ġurisprudenza ċċitata).

29. Mill-imsemmija ġurisprudenza jirriżulta, barra minn hekk, li d-dritt għal-leave annwali mħallas ma jistax jiġi interpretat b’mod restrittiv (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Zentralbetriebsrat der Landeskrankenhäuser Tirols, punt 29, kif ukoll Heimann u Toltschin, punt 23 u l-ġurisprudenza ċċitata).

30. Madankollu, kif jenfasizzaw kemm il-qorti tar-rinviju kif ukoll B. Brandes u l-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, f’dan il-kuntest, fil-punt 32 tas-sentenza Zentra lbetriebsrat der Landeskrankenhäuser Tirols, iċċitata iktar ’il fuq, li t-teħid tal-leave annwali matul perijodu li jiġi wara l-perijodu ta’ referenza ma għandu l-ebda relazzjoni mal-ħin tax-xogħol maħdum mill-ħaddiem waqt dan il-perijodu ta’ wara u li, għaldaqstant, bidla, b’mod partikolari, tnaqqis tal-ħin tax-xogħol meta ħaddiem full-time jgħaddi għal xogħol part-time ma tistax tnaqqas id-dritt għal leave annwali li l-ħaddiem ikun akkumula waqt il-perijodu ta’ referenza ta’ ħidma full-time.

31. Għal dak li jirrigwarda l-Klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol part-time, f’dan il-każ, huwa biżżejjed li jitfakkar li, fil-punt 33 tas-sentenza Zentralbetriebsrat der Landeskrankenhäuser Tirols, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat ukoll, fir-rigward tal-prinċipju ta’ pro rata temporis imsemmi fil-punt 2 tal-imsemmija klawżola, li huwa ċertament xieraq li dan il-prinċipju jiġi applikat għall-għoti tal-leave annwali għal perijodu ta’ xogħol part-time. Fil-fatt, għal tali perijodu, it-tnaqqis tad-dritt għal-leave annwali meta mqabbel ma’ dak mogħti għal perijodu ta’ xogħol full-time huwa ġġustifikat b’raġunijiet oġġettivi. Min-naħa l-oħra, l-imsemmi prinċipju ma jistax jiġi applikat ex post għal dritt għal-leave annwali akkumulat waqt perijodu ta’ xogħol full-time.

32. Minn dak kollu li ntqal il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li ma jistax jiġi dedott la mid-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2003/88 u lanqas mill-Klawżola 4(2) tal-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time li liġi nazzjonali tista’ tipprovdi, fost il-kundizzjonijiet għall-implementazzjoni tad-dritt għal-leave annwali, għat-telf parzjali ta’ dritt għal-leave akkumulat matul perijodu ta’ referenza, filwaqt li madankollu għandu jitfakkar li din il-konklużjoni għandha ssir biss meta l-ħaddiem ma kellux effettivament il-possibbiltà li jeżerċita l-imsemmi dritt (sentenza Zentralbetriebsrat der Landeskrankenhäuser Tirols, iċċitata iktar ’il fuq, punt 34).

33. Meta ddeċidiet b’hekk dwar id-domanda għal deċiżjoni preliminari mressqa quddiemha fil-kawża li wasslet għall-imsemmija sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li d-dritt rilevanti tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-Klawżola 4(2) tal-Ftehim qafas dwar xogħol part-time, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi li, meta l-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiem jinbidel, il-leave mhux meħud huwa aġġustat b’tali mod li l-ħaddiem li jgħaddi minn xogħol full-time għal xogħol part-time, jitnaqqaslu d-dritt għal-leave annwali mħallas li huwa jkun akkumula mingħajr ma kellu l-possibbiltà li jeżerċita dan id-dritt waqt il-perijodu tax-xogħol full-time jew jista’ jibbenefika biss minn dan il-leave fuq il-bażi ta’ ħlas ta’ leave f’ammont inferjuri (sentenza Zentralbetriebsrat der Landeskrankenhäuser Tirols, iċċitata iktar ’il fuq, punt 35).

34. Kif irrilevat il-qorti tar-rinviju nnifisha, u bħalma sostnew ukoll B. Brandes u l-Kummissjoni, il-kunsiderazzjonijiet hekk imfakkra fil-punti 27 sa 33 tad-digriet preżenti jimplikaw, b’mod manifest, li risposta analoga għandha tingħata għad-domandi magħmula fil-kuntest ta’ din it-talba għal deċiżjoni preliminari.

35. Fil-fatt huwa paċifiku, f’dan il-każ, li B. Brandes hija intitolata għat-trasferiment tad-dritt għal leave annwali mħallas li kien impossibbli għaliha li tibbenefika minnu matul il-perijodi ta’ referenza kkonċernati li matulhom hija ħadmet full-time, minħabba perijodu ta’ projbizzjoni milli taħdem marbut mat-tqala tagħha u leave tal-maternità li kellha warajh, li kien segwit minn leave parentali. Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju u l-partijiet fil-kawża prinċipali jqisu paċifiku li fil-każ li B. Brandes baqgħet ħaddiema full-time sa tmiem il-leave parentali, il-leave annwali mħallas, li huwa s-suġġett ta’ dan it-trasferiment, li kien ikollha dritt għalih, kien ikun ta’ 29 jum.

36. F’dawn iċ-ċirkustanzi, kif jirriżulta b’mod partikolari mis-sentenza Zentralbetriebsrat der Landeskrankenhäuser Tirols, iċċitata iktar ’il fuq, li l-punti rilevanti tagħha huma mfakkra fil-punti 30 sa 33 tad-digriet preżenti, it-tnaqqis tal-ħin tax-xogħol ta’ B. Brandes li rriżulta minn din il-bidla minn xogħol full-time għal xogħol part-time ma jistax ikun akkumpanjat minn telf parzjali ex post tad-dritt għal-leave annwali mħallas li kien akkumulat preċedentement, bħal dik li tirriżulta mir-regola nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fl-assenza, b’mod partikolari, ta’ kwalunkwe raġuni oġġettiva tali li tiġġustifika telfa bħal din.

37. Għal dak li jirrigwarda l-argument invokat mil-Land Niedersachsen li jipprovdi li d-dritt għal-leave annwali mħallas, akkumulat preċedentement minn B. Brandes, ma huwa ser isofri ebda tnaqqis peress li meta espress f’termini ta’ ġimgħat ta’ leave huwa jibqa’ identiku qabel u wara li l-persuna kkonċernata tgħaddi għal xogħol part-time, għandu jiġi ammess li ma jistax jintlaqa’, kif irrilevaw kemm il-qorti tar-rinviju kif ukoll il-Kummissjoni.

38. Fil-fatt, il-fatt li ħaddiem part-time li normalment jaħdem tliet ijiem sħaħ fil-ġimgħa huwa, waqt ġimgħa partikolari, assenti mill-impriża, bl-ebda mod ma jimplika, bil-kontra ta’ dak li jsostni l-Land Niedersachsen, li b’dan il-mod huwa jikseb l-ekwivalenti ta’ ħamest ijiem leave li, peress li kienu akkumulati meta kien jaħdem full-time għandhom ovvjament jinftiehmu bħala ħamest ijiem sħaħ li matulhom il-persuna kkonċernata hija ħielsa mill-obbligu li taħdem, obbligu li hija jkollha kieku ma jkollhiex dan il-leave.

39. Madankollu, billi tingħata “ġimgħa” leave, fil-kuntest tax-xogħol tagħha li issa sar part-time, fuq il-bażi ta’ tliet ijiem sħaħ ta’ attività fil-ġimgħa, huwa ċar li f’dan il-każ din il-ħaddiema issa hija ħielsa mill-obbligu li taħdem għal tliet ijiem sħaħ biss.

40. L-argument tal-Gvern Ġermaniż għandu wkoll jiġi miċħud, liema argument kien diġà ġie invokat minn dan tal-aħħar fil-kuntest tal-kawża li wasslet għas-sentenza Zentralbetriebsrat der Landeskrankenhäuser Tirols, iċċitata iktar ’il fuq, li jipprovdi li r-regola nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tiksirx id-dritt tal-Unjoni, minħabba li l-ħaddiem li ma huwiex iktar obbligat li jaħdem kull jum tal-ġimgħa għandu jkun ħieles mill-obbligi tiegħu matul numru inqas ta’ ġranet sabiex jibbenefika minn fażi ta’ mistrieħ li hija twila daqs qabel.

41. Tali argument fil-fatt ifixkel il-fażi ta’ mistrieħ li tikkorrispondi għall-eżerċizzju ta’ perijodu standard ta’ leave effettiv u n-nuqqas ta’ attività mill-professjoni normali waqt perijodu standard li matulu l-ħaddiem ma huwiex obbligat jaħdem skont ir-relazzjoni ta’ xogħol li torbtu mal-persuna li timpjegah.

42. Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li d-dritt rilevanti tal-Unjoni, b’mod partikolari, l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88 u l-Klawżola 4(2) tal-Ftehim qafas dwar xogħol part-time, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet jew prattika nazzjonali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħhom in-numru ta’ ġranet ta’ leave annwali mħallas, li kien impossibbli għal ħaddiem impjegat full-time li jibbenefika minnu matul il-perijodu ta’ referenza, huwa suġġett, minħabba l-fatt li dan il-ħaddiem għadda għal skema ta’ xogħol part-time, għal tnaqqis li huwa proporzjonali għad-differenza eżistenti bejn in-numru ta’ ġranet ta’ xogħol fil-ġimgħa maħduma minn dan il-ħaddiem qabel u wara ma għadda għal xogħol part-time.

Fuq l-ispejjeż

43. Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.

Parti operattiva

Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u

Id-dritt rilevanti tal-Unjoni, b’mod partikolari, l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tirrigwarda ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol u l-Klawżola 4(2) tal-Ftehim qafas dwar xogħol part-time, konkluż fis-6 ta’ Ġunju 1997, li jinsab anness mad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, tal-15 ta’ Diċembru 1997, li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill- UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 98/23/KE, tas-7 ta’ April 1998, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet jew prattika nazzjonali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħhom in-numru ta’ ġranet ta’ leave annwali mħallas, li kien impossibbli għal ħaddiem impjegat full-time li jibbenefika minnu matul il-perijodu ta’ referenza, huwa suġġett, minħabba l-fatt li dan il-ħaddiem għadda għal skema ta’ xogħol part-time, għal tnaqqis li huwa proporzjonali għad-differenza eżistenti bejn in-numru ta’ ġranet ta’ xogħol fil-ġimgħa maħduma minn dan il-ħaddiem qabel u wara ma għadda għal xogħol part-time.


DIGRIET TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla)

13 ta’ Ġunju 2013 ( *1 )

“Politika soċjali — Direttiva 2003/88/KE — Dritt għal-leave annwali mħallas — Ftehim qafas dwar xogħol part-time — Ħaddiem full-time li matul il-perijodu ta’ referenza kien impossibbli għalih li jibbenefika mid-dritt tiegħu għal-leave annwali mħallas — Mogħdija ta’ dan il-ħaddiem għal skema ta’ xogħol part-time — Dispożizzjoni nazzjonali jew prattika li tipprovdi tnaqqis tan-numru ta’ ġranet ta’ leave mħallas, li kien preċedentement akkumulat, b’mod proporzjonali għan-numru ta’ ġranet ta’ xogħol part-time fil-ġimgħa”

Fil-Kawża C-415/12,

li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Arbeitsgericht Nienburg (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-4 ta’ Settembru 2012, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-13 ta’ Settembru 2012, fil-proċedura

Bianca B. Brandes

vs

Land Niedersachsen,

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (neuvième chambre),

komposta minn J. Malenovský, President tal-Awla, M. Safjan u A. Prechal (Relatur), Imħallfin,

Avukat Ġenerali: E. Sharpston,

Reġistratur: A. Calot Escobar,

wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat, skont l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,

tagħti l-preżenti

Digriet

1

It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol part-time, konkluż fis-6 ta’ Ġunju 1997 (iktar ’il quddiem il-“Ftehim qafas dwar xogħol part-time”), li jinsab anness mad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, tal-15 ta’ Diċembru 1997, li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill- UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 267), kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 98/23/KE, tas-7 ta’ April 1998 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 278), kif ukoll ta’ kwalunkwe dispożizzjonijiet oħrajn tad-dritt tal-Unjoni li jistgħu jitqiesu rilevanti fid-dawl tal-kawża prinċipali.

2

Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn B. Brandes u Land Niedersachsen dwar id-dritt għal-leave annwali mħallas relatat mas-sena 2010 u 2011 li l-persuna kkonċernata ma setgħetx tibbenefika minnu matul dawn is-sentejn li kienu jikkostitwixxu l-perijodi ta’ referenza.

Il-kuntest ġuridiku

Id-dritt tal-Unjoni

3

Il-Klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol part-time, intitolata “Il-prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni”, jipprovdi fil-punti 1 u 2 tiegħu:

“1.

Fejn għandhom x’jaqsmu il-kondizzjonijiet tax-xogħol, ħaddiema part-time m’għandhomx jiġu ttrattati b’manjiera inqas favorevoli minn ħaddiema full-time ta’ l-istess tip biss minħabba li huma jaħdmu part-time kemm-il darba dan it-trattament differenti mhuwiex oġġettivament ġustifikat.

2.

Meta approprjat, il-prinċipju tal-pro rata temporis għandu japplika.”

4

Id-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tirrigwarda ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381), tipprovdi fl-Artikolu 7, intitolat “Leave annwali”:

“1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa ħalli jassiguraw li kull ħaddiem ikun intitolat għal-leave annwali bil-ħlas ta’ mill-anqas erba’ ġimgħat b’konformità mal-kondizzjonijiet għall-intitolament għal, u l-għoti ta’, leave bħal dan stabbilit bil-leġislazzjoni nazzjonali u/jew bil-prattika.

2.   Il-perjodu minimu ta’ leave annwali bil-ħlas ma jistax ikun mibdul b’pagament ta’ benefiċċji bħala kumpens, apparti minn meta r-relazzjoni ta’ l-impieg tkun ġiet itterminata.”

Id-dritt Ġermaniż

5

Il-Liġi federali dwar il-leave (Bundesurlaubsgesetz), tat-8 ta’ Jannar 1963 (BGBl. 1963, p. 2), tipprovdi fl-Artikolu 3(1) tagħha, li “[i]t-tul tal-leave annwali huwa ta’ mill-inqas 24 jum tax-xogħol”.

6

Skond l-Artikolu 11(1) tal-imsemmija Liġi federali:

“Il-ħlas tal-leave huwa kkalkolat abbażi tar-remunerazzjoni medja li l-ħaddiem ikun irċieva matul l-aħħar tlettax-il ġimgħa li jippreċedu l-bidu tal-leave, bl-eċċezzjoni tar-remunerazzjoni mħallsa b’mod addizzjonali għas sahra. [...]”

7

L-Artikolu 26(1) tal-Ftehim kollettiv tal-impjegati tas-Servizz Pubbliku tal-Länder (Tarifvertrag für den öffentlichen Dienst der Länder) tat-12 ta’ Ottubru 2006, kif emendat bl-Emenda għall-Ftehim kollettiv Nru 4, tat-2 ta’ Jannar 2012, huwa fformulat kif ġej:

“Kull sena kalendarja, l-impjegati għandhom dritt għal leave li matulu jirċievu r-remunerazzjoni (Artikolu 21). Meta l-ammont ta’ xogħol fil-ġimgħa huwa mqassam fuq ħamest ijiem tal-ġimgħa kalendarja, id-dritt għal leave għal kull sena kalendarja għandu jkun ta’ 26 jum tax-xogħol sal-età ta’ 30 sena, ta’ 29 jum tax-xogħol sal-età ta’ 40 sena u ta’ 30 jum tax-xogħol sal-età ta’ 40 sena.

Il-jiem tax-xogħol huma l-ġranet kalendarji kollha li matulhom, skont l-iskeda tax-xogħol jew il-prattiki tal-impriża, l-impjegati għandhom jaħdmu jew kien messhom ħadmu [...] Meta l-ammont tax-xogħol huwa mqassam b’mod ieħor milli fuq ħamest ijiem, id-dritt għal leave jiżdied jew jonqos b’mod korrispondenti. Meta mill-kalkolu tal-leave tirriżulta frazzjoni li tikkorrispondi għall-inqas għal nofs ġurnata xogħol, hija għandha titqies bħala ġurnata leave sħiħa. Il-frazzjonijiet li huma ta’ inqas minn nofs ġurnata leave ma jittiħdux inkunsiderazzjoni. [...]”

8

Id-dritt Ġermaniż ma jirregolax espressament il-kwistjoni dwar liema effetti bidla tal-ħin tax-xogħol għandha fuq il-leave mhux meħud.

9

L-Artikolu 4(1) tal-Liġi dwar ix-xogħol part-time u l-kuntratti għal żmien determinat, tal-21 ta’ Diċembru 2000 jipprovdi li:

“Ħaddiem part-time ma għandux jiġi ttrattat b’manjiera inqas favorevoli minn ħaddiem full-time kumparabbli, biss minħabba li huwa jaħdem part-time, sakemm ma jkunux jeżistu raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw trattament differenti. Il-ħaddiem part-time għandu jikseb remunerazzjoni jew servizz ieħor diviżibbli bi flus li l-portata tiegħu għandha għall-inqas tkun kumparabbli għall-ammont ta’ xogħol tiegħu meta mqabbel ma’ dak ta’ ħaddiem full-time kumparabbli.”

Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari

10

B. Brandes kienet impjegata full-time mil-Land Niedersachsen b’kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat konkluż fl-2009.

11

Fl-2010, B. Brandes kienet ipprojbita milli taħdem minħabba t-tqala tagħha sat-twelid tat-tarbija li seħħ fit-22 ta’ Diċembru 2010. Ware li temm il-leave tal-maternità tagħha, fis-17 ta’ Frar 2011, hija bbenefikat minn leave parentali li ġie fi tmiemu fil-21 ta’ Diċembru 2011.

12

Mit-22 ta’ Diċembru 2011, fuq ftehim konkluż bejnha u l-Land Niedersachsen, B. Brandes bdiet taħdem part-time fuq il-bażi ta’ tlett ijiem tax-xogħol fil-ġimgħa.

13

Huwa paċifiku li, fid-dawl tal-projbizzjoni milli taħdem marbuta mat-tqala tagħha, segwita mil-leave tal-maternità, imbagħad mil-leave parentali meħud minn B. Brandes, fl-2010 u fl-2011 din tal-aħħar ma setgħetx tieħdu 22 jum u 7 ijiem, rispettivament, ta’ leave annwali mħallas ikkalkolat fuq il-bażi tax-xogħol full-time tagħha.

14

Fil-kuntest tal-kawża prinċipali li tressqet quddiem l-Arbeitsgericht Nienburg, B. Brandes titlob li jiġi rrikonoxxut id-dritt tagħha li tibbenefika mid-29 jum ta’ leave imħallas imsemmija iktar ’il fuq, li kienu akkumulati meta kienet taħdem full-time.

15

Sabiex jirrifjuta li jilqa’ l-imsemmija talba, il-Land Niedersachsen invoka deċiżjoni tal-Bundesarbeitsgericht tat-28 ta’ April 1998, li minnha jirriżulta li, f’każ ta’ bidla tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiem, id-drittijiet għal leave akkumulati diġà minnu għandhom jiġu aġġustati b’mod proporzjonat b’relazzjoni bejn in-numru l-ġdid u dak l-antik ta’ ġranet maħduma. Skont dan il-Land, minn dan isegwi li B. Brandes hija intitolata għall-bqija tal-leave ta’ 17-il ġurnata, jiġifieri 29 jum diviż b’ 5 ijiem, immultiplikat bi 3 ijiem, għat-total ta’ 17.4-il jum li jitqies bħala 17-il jum.

16

Il-Land Niedersachsen isostni, b’mod partikolari, li tali kalkolu ta’ ġranet ta’ leave pro rata għall-ġranet maħduma għandu effett newtrali fuq it-tul tal-leave li minnu tibbenefika B. Brandes inkwantu, meta jiġi espress f’numru ta’ ġimgħat ta’ leave, dan jibqa’ l-istess wara l-imsemmi kalkolu. Għandu jittieħed inkunsiderazzjoni, f’dan ir-rigward, li taħt l-iskema l-ġdida tagħha ta’ xogħol part-time, il-parti kkonċernata għandha bżonn inqas ġranet ta’ leave sabiex tikseb ġimgħa ħielsa. Min-naħa l-oħra, kieku n-numru ta’ ġranet ta’ leave ma jkunx ikkalkolat b’mod proporzjonat għall-ġranet maħduma, dan ikollu l-konsegwenza li B. Brandes tkun f’pożizzjoni li tieħu iktar ġimgħat leave minn dawk li kienet tkun intitolata għalihom kieku baqgħet taħdem full-time, u dan iwassal għal vantaġġ favoriha mhux iġġustifikat meta mqabbla ma’ ħaddiem impjegat full-time.

17

Skont il-Land Niedersachsen, it-tilwima li għandha quddiema l-qorti tar-rinviju tiddistingwi ruħha, f’dan ir-rigward, mill-kawża li tat lok għas-sentenza tat-22 ta’ April 2010, Zentralbetriebsrat der Landeskrankenhäuser Tirols (C-486/08, Ġabra p. I-3527) sa fejn, f’din il-kawża tal-aħħar, kienet inkwistjoni regola fil-qasam tal-leave li tesprimi dan il-leave f’sigħat. Issa, minkejja li f’dan il-każ, minħabba l-użu ta’ perijodu ta’ referenza espress f’ġimgħat, il-ħaddiem ma jsofri ebda żvantaġġ rigward l-estent tal-leave li jibbenefika minnu, dan ma kienx ikun il-każ fil-kuntest tal-imsemmija kawża peress li, għal dak li jirrigwarda l-leave espress f’sigħat, kwalunkwe bidla tal-ħin tax-xogħol kien ikollha effett dirett fuq it-tul tal-leave.

18

L-Arbeitsgericht Nienburg tindika li min-naħa tagħha hija konvinta li huwa dedott b’mod ċar mis-sentenza Zentralbetriebsrat der Landeskrankenhäuser Tirols li l-iffissar pro rata tad-drittijiet għal leave annwali diġà akkumulat minn ħaddiem impjegat full-time, bħal dak li qiegħed jipprova jagħmel il-Land Niedersachsen, jikser id-dritt tal-Unjoni. Din il-qorti tqis, b’mod partikolari, li tali ffissar joħloq diskriminazzjoni bejn il-ħaddiema full-time u l-ħaddiema part-time li hija pprojbita mill-Klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol part-time.

19

Għal dak li jirrigwarda l-argument tal-Land Niedersachsen espost fil-punt 16 tad-digriet preżenti, l-Arbeitsgericht Nienburg tqis li joħloq konfużjoni bejn żmien ta’ “leave” u żmien ta’ “azzenza mill-impriża”. Din il-qorti tirrileva wkoll li n-natura inammissibbli tat-tnaqqis tad-dritt għal leave imħallas diġà akkumulat waqt il-perijodu preċedenti tinkludi, meta tiġi eżaminata b’mod korrett, żewġ aspetti, jiġifieri t-tul tal-leave u l-ħlas tal-leave.

20

Fid-dawl, b’mod partikolari, tal-eżistenza tal-ġurisprudenza tal-Bundesarbeitsgericht imsemmija fil-punt 15 tad-digriet preżenti, l-Arbeitsgericht Nienburg tqis madankollu neċessarju li tikseb kjarifika mill-Qorti tal-Ġustizzja dwar dawn il-kwistjonijiet.

21

Kien f’dan il-kuntest li l-Arbeitsgericht Nienburg iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:

“Id-dritt rilevanti tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-klawżola 4(1) u (2) tal-Ftehim Qafas dwar xogħol part-time [...] għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet nazzjonali li jirriżultaw mil-liġi jew minn ftehim, jew prattiki, li permezz tagħhom, f’każ ta’ bidla fil-ħinijiet tax-xogħol ta’ ħaddiem li tikkonċerna n-numru ta’ jiem maħduma fil-ġimgħa, il-portata tad-dritt għal-leave mhux meħud li l-ħaddiem ma kellux il-possibbiltà jeżerċita matul il-perijodu ta’ riferiment għandha tiġi aġġustata b’mod li, għalkemm id-dritt għal-leave espress f’ġimgħat jibqa’ l-istess, id-dritt għal-leave espress fi ġranet jiġi aġġustat skont il-ħinijiet il-ġodda tax-xogħol?”

Fuq id-domanda preliminari

22

Skont l-Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, meta domanda preliminari magħmula tkun identika għal domanda li dwarha l-Qorti tal-Ġustizzja tkun diġà ddeċidiet, meta r-risposta għal tali domanda tkun tista’ tiġi dedotta b’mod ċar mill-ġurisprudenza jew meta r-risposta għad-domanda preliminari ma tħalli lok għal ebda dubju raġonevoli, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin, fuq proposta tal-Imħallef Relatur u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat.

23

F’din il-kawża hemm lok fejn l-imsemmija dispożizzjoni tiġi applikata.

24

Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk id-dritt rilevanti tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol part-time, għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet jew prattika nazzjonali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħhom in-numru ta’ ġranet ta’ leave annwali mħallas li kien impossibbli għal ħaddiem impjegat full-time li jibbenefika minnu matul il-perijodu ta’ referenza, huwa suġġett, minħabba l-fatt li dan il-ħaddiem għadda għal skema ta’ xogħol part-time, għal tnaqqis li huwa proporzjonali għad-differenza eżistenti bejn in-numru ta’ ġranet ta’ xogħol fil-ġimgħa maħduma minn dan il-ħaddiem qabel u wara ma għadda għal xogħol part-time.

25

Minkejja li fuq il-livell formali l-qorti tar-rinviju rreferiet iktar speċifikament, fid-domanda tagħha, għall-Klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol part-time, dan il-fatt ma jipprekludix lill-Qorti tal-Ġustizzja milli tipprovdi lill-imsemmija qorti bl-elementi kollha ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li jistgħu jkunu utli għas-sentenza tal-kawża mressqa quddiemha, sew jekk din il-qorti tkun għamlet riferiment għalihom fid-domanda tagħha u sew jekk le (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Zentralbetriebsrat der Landeskrankenhäuser Tirols, iċċitata iktar ’il fuq, punt 49 u l-ġurisprudenza ċċitata). L-ewwel nett, għandu jiġi rrilevat li l-qorti tar-rinviju nnifisha rreferiet, fid-domanda tagħha, għad-dritt rilevanti tal-Unjoni fl-intier tiegħu.

26

Qabelxejn għandu jiġi indikat li, fost id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni rilevanti għall-finijiet ta’ risposta għad-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju, u kif irrilevaw kemm B. Brandes li l-Gvern Ġermaniż u l-Kummissjoni Ewropea, jinsab l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88 relattiv għad-dritt għal-leave annwali mħallas.

27

Hekk kif jirriżulta minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, li barra minn hekk il-qorti tar-rinviju stess irreferiet għaliha, dan id-dritt, ta’ kull ħaddiem, għal-leave annwali mħallas għandu jitqies bħala prinċipju tad-dritt soċjali tal-Unjoni li għandu importanza partikolari (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Zentralbetriebsrat der Landeskrankenhäuser Tirols, iċċitata iktar ’il fuq, punt 28 u l-ġurisprudenza ċċitata).

28

Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat, diversi drabi, li d-dritt għal-leave annwali mħallas, mogħti lil kull ħaddiem huwa, bħala prinċipju tad-dritt soċjali tal-Unjoni, espressament stabbilit mill-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li l-Artikolu 6(1) TUE jirrikonoxxilha l-istess valur legali bħat-trattati (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tat-8 ta’ Novembru 2012, Heimann u Toltschin, C-229/11 u C-230/11, punt 22 u l-ġurisprudenza ċċitata).

29

Mill-imsemmija ġurisprudenza jirriżulta, barra minn hekk, li d-dritt għal-leave annwali mħallas ma jistax jiġi interpretat b’mod restrittiv (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Zentralbetriebsrat der Landeskrankenhäuser Tirols, punt 29, kif ukoll Heimann u Toltschin, punt 23 u l-ġurisprudenza ċċitata).

30

Madankollu, kif jenfasizzaw kemm il-qorti tar-rinviju kif ukoll B. Brandes u l-Kummissjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, f’dan il-kuntest, fil-punt 32 tas-sentenza Zentralbetriebsrat der Landeskrankenhäuser Tirols, iċċitata iktar ’il fuq, li t-teħid tal-leave annwali matul perijodu li jiġi wara l-perijodu ta’ referenza ma għandu l-ebda relazzjoni mal-ħin tax-xogħol maħdum mill-ħaddiem waqt dan il-perijodu ta’ wara u li, għaldaqstant, bidla, b’mod partikolari, tnaqqis tal-ħin tax-xogħol meta ħaddiem full-time jgħaddi għal xogħol part-time ma tistax tnaqqas id-dritt għal leave annwali li l-ħaddiem ikun akkumula waqt il-perijodu ta’ referenza ta’ ħidma full-time.

31

Għal dak li jirrigwarda l-Klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol part-time, f’dan il-każ, huwa biżżejjed li jitfakkar li, fil-punt 33 tas-sentenza Zentralbetriebsrat der Landeskrankenhäuser Tirols, iċċitata iktar ’il fuq, il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat ukoll, fir-rigward tal-prinċipju ta’ pro rata temporis imsemmi fil-punt 2 tal-imsemmija klawżola, li huwa ċertament xieraq li dan il-prinċipju jiġi applikat għall-għoti tal-leave annwali għal perijodu ta’ xogħol part-time. Fil-fatt, għal tali perijodu, it-tnaqqis tad-dritt għal-leave annwali meta mqabbel ma’ dak mogħti għal perijodu ta’ xogħol full-time huwa ġġustifikat b’raġunijiet oġġettivi. Min-naħa l-oħra, l-imsemmi prinċipju ma jistax jiġi applikat ex post għal dritt għal-leave annwali akkumulat waqt perijodu ta’ xogħol full-time.

32

Minn dak kollu li ntqal il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li ma jistax jiġi dedott la mid-dispożizzjonijiet rilevanti tad-Direttiva 2003/88 u lanqas mill-Klawżola 4(2) tal-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time li liġi nazzjonali tista’ tipprovdi, fost il-kundizzjonijiet għall-implementazzjoni tad-dritt għal-leave annwali, għat-telf parzjali ta’ dritt għal-leave akkumulat matul perijodu ta’ referenza, filwaqt li madankollu għandu jitfakkar li din il-konklużjoni għandha ssir biss meta l-ħaddiem ma kellux effettivament il-possibbiltà li jeżerċita l-imsemmi dritt (sentenza Zentralbetriebsrat der Landeskrankenhäuser Tirols, iċċitata iktar ’il fuq, punt 34).

33

Meta ddeċidiet b’hekk dwar id-domanda għal deċiżjoni preliminari mressqa quddiemha fil-kawża li wasslet għall-imsemmija sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li d-dritt rilevanti tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-Klawżola 4(2) tal-Ftehim qafas dwar xogħol part-time, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi li, meta l-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiem jinbidel, il-leave mhux meħud huwa aġġustat b’tali mod li l-ħaddiem li jgħaddi minn xogħol full-time għal xogħol part-time, jitnaqqaslu d-dritt għal-leave annwali mħallas li huwa jkun akkumula mingħajr ma kellu l-possibbiltà li jeżerċita dan id-dritt waqt il-perijodu tax-xogħol full-time jew jista’ jibbenefika biss minn dan il-leave fuq il-bażi ta’ ħlas ta’ leave f’ammont inferjuri (sentenza Zentralbetriebsrat der Landeskrankenhäuser Tirols, iċċitata iktar ’il fuq, punt 35).

34

Kif irrilevat il-qorti tar-rinviju nnifisha, u bħalma sostnew ukoll B. Brandes u l-Kummissjoni, il-kunsiderazzjonijiet hekk imfakkra fil-punti 27 sa 33 tad-digriet preżenti jimplikaw, b’mod manifest, li risposta analoga għandha tingħata għad-domandi magħmula fil-kuntest ta’ din it-talba għal deċiżjoni preliminari.

35

Fil-fatt huwa paċifiku, f’dan il-każ, li B. Brandes hija intitolata għat-trasferiment tad-dritt għal leave annwali mħallas li kien impossibbli għaliha li tibbenefika minnu matul il-perijodi ta’ referenza kkonċernati li matulhom hija ħadmet full-time, minħabba perijodu ta’ projbizzjoni milli taħdem marbut mat-tqala tagħha u leave tal-maternità li kellha warajh, li kien segwit minn leave parentali. Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju u l-partijiet fil-kawża prinċipali jqisu paċifiku li fil-każ li B. Brandes baqgħet ħaddiema full-time sa tmiem il-leave parentali, il-leave annwali mħallas, li huwa s-suġġett ta’ dan it-trasferiment, li kien ikollha dritt għalih, kien ikun ta’ 29 jum.

36

F’dawn iċ-ċirkustanzi, kif jirriżulta b’mod partikolari mis-sentenza Zentralbetriebsrat der Landeskrankenhäuser Tirols, iċċitata iktar ’il fuq, li l-punti rilevanti tagħha huma mfakkra fil-punti 30 sa 33 tad-digriet preżenti, it-tnaqqis tal-ħin tax-xogħol ta’ B. Brandes li rriżulta minn din il-bidla minn xogħol full-time għal xogħol part-time ma jistax ikun akkumpanjat minn telf parzjali ex post tad-dritt għal-leave annwali mħallas li kien akkumulat preċedentement, bħal dik li tirriżulta mir-regola nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fl-assenza, b’mod partikolari, ta’ kwalunkwe raġuni oġġettiva tali li tiġġustifika telfa bħal din.

37

Għal dak li jirrigwarda l-argument invokat mil-Land Niedersachsen li jipprovdi li d-dritt għal-leave annwali mħallas, akkumulat preċedentement minn B. Brandes, ma huwa ser isofri ebda tnaqqis peress li meta espress f’termini ta’ ġimgħat ta’ leave huwa jibqa’ identiku qabel u wara li l-persuna kkonċernata tgħaddi għal xogħol part-time, għandu jiġi ammess li ma jistax jintlaqa’, kif irrilevaw kemm il-qorti tar-rinviju kif ukoll il-Kummissjoni.

38

Fil-fatt, il-fatt li ħaddiem part-time li normalment jaħdem tliet ijiem sħaħ fil-ġimgħa huwa, waqt ġimgħa partikolari, assenti mill-impriża, bl-ebda mod ma jimplika, bil-kontra ta’ dak li jsostni l-Land Niedersachsen, li b’dan il-mod huwa jikseb l-ekwivalenti ta’ ħamest ijiem leave li, peress li kienu akkumulati meta kien jaħdem full-time għandhom ovvjament jinftiehmu bħala ħamest ijiem sħaħ li matulhom il-persuna kkonċernata hija ħielsa mill-obbligu li taħdem, obbligu li hija jkollha kieku ma jkollhiex dan il-leave.

39

Madankollu, billi tingħata “ġimgħa” leave, fil-kuntest tax-xogħol tagħha li issa sar part-time, fuq il-bażi ta’ tliet ijiem sħaħ ta’ attività fil-ġimgħa, huwa ċar li f’dan il-każ din il-ħaddiema issa hija ħielsa mill-obbligu li taħdem għal tliet ijiem sħaħ biss.

40

L-argument tal-Gvern Ġermaniż għandu wkoll jiġi miċħud, liema argument kien diġà ġie invokat minn dan tal-aħħar fil-kuntest tal-kawża li wasslet għas-sentenza Zentralbetriebsrat der Landeskrankenhäuser Tirols, iċċitata iktar ’il fuq, li jipprovdi li r-regola nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tiksirx id-dritt tal-Unjoni, minħabba li l-ħaddiem li ma huwiex iktar obbligat li jaħdem kull jum tal-ġimgħa għandu jkun ħieles mill-obbligi tiegħu matul numru inqas ta’ ġranet sabiex jibbenefika minn fażi ta’ mistrieħ li hija twila daqs qabel.

41

Tali argument fil-fatt ifixkel il-fażi ta’ mistrieħ li tikkorrispondi għall-eżerċizzju ta’ perijodu standard ta’ leave effettiv u n-nuqqas ta’ attività mill-professjoni normali waqt perijodu standard li matulu l-ħaddiem ma huwiex obbligat jaħdem skont ir-relazzjoni ta’ xogħol li torbtu mal-persuna li timpjegah.

42

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li d-dritt rilevanti tal-Unjoni, b’mod partikolari, l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88 u l-Klawżola 4(2) tal-Ftehim qafas dwar xogħol part-time, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet jew prattika nazzjonali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħhom in-numru ta’ ġranet ta’ leave annwali mħallas, li kien impossibbli għal ħaddiem impjegat full-time li jibbenefika minnu matul il-perijodu ta’ referenza, huwa suġġett, minħabba l-fatt li dan il-ħaddiem għadda għal skema ta’ xogħol part-time, għal tnaqqis li huwa proporzjonali għad-differenza eżistenti bejn in-numru ta’ ġranet ta’ xogħol fil-ġimgħa maħduma minn dan il-ħaddiem qabel u wara ma għadda għal xogħol part-time.

Fuq l-ispejjeż

43

Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.

 

Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u

 

Id-dritt rilevanti tal-Unjoni, b’mod partikolari, l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tirrigwarda ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol u l-Klawżola 4(2) tal-Ftehim qafas dwar xogħol part-time, konkluż fis-6 ta’ Ġunju 1997, li jinsab anness mad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, tal-15 ta’ Diċembru 1997, li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill- UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 98/23/KE, tas-7 ta’ April 1998, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjonijiet jew prattika nazzjonali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħhom in-numru ta’ ġranet ta’ leave annwali mħallas, li kien impossibbli għal ħaddiem impjegat full-time li jibbenefika minnu matul il-perijodu ta’ referenza, huwa suġġett, minħabba l-fatt li dan il-ħaddiem għadda għal skema ta’ xogħol part-time, għal tnaqqis li huwa proporzjonali għad-differenza eżistenti bejn in-numru ta’ ġranet ta’ xogħol fil-ġimgħa maħduma minn dan il-ħaddiem qabel u wara ma għadda għal xogħol part-time.

 

Firem


( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.