Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 – Sky Italia
(Kawża C‑376/12)
“Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttiva 2002/20/KE — Artikolu 12 — Taxxi amministrattivi imposti fuq impriżi fis-settur ikkonċernat — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-operaturi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi għall-ħlas ta’ taxxa maħsuba sabiex tkopri l-ispejjeż funzjonali tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali”
Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Settur tat-telekomunikazzjonijiet — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttiva 2002/20 — Taxxi u imposti applikabbli għal impriżi li jfornu servizz jew netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Taxxa maħsuba sabiex tkopri l-ispejjeż kollha sostnuti mill-awtorità regolatorja nazzjonali u mhux iffinanzjati mill-Istat — Kalkolu skont id-dħul riċevut mill-impriżi — Ammissibbiltà — Kundizzjonijiet — Verifika mill-qorti nazzjonali (Direttiva 2002/20 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, Artikolu 12) (ara lpunti 35 u d-dispożittiv)
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari – Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – Interpretazzjoni tal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337) – Taxxi amministrattivi imposti fuq l-impriżi – Leġiżazzjoni li tipprovdi li l-ispejjeż kollha tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali, li ma humiex iffinanzjati mill-Istat, għandhom jinqasmu bejn l-impriżi fis-settur ikkonċernat skont id-dħul riċevut minn dawn tal-aħħar minn bejgħ ta’ merkanzija jew minn provvisti ta’ servizzi rilevanti.
Dispożittiv
L-Artikolu 12 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li l-impriżi li jipprovdu servizz jew netwerk ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi huma suġġetti għal taxxa, maħsuba sabiex tkopri l-ispejjeż kollha sostnuti mill-awtorità regolatorja nazzjonali u li ma humiex iffinanzjati mill-Istat, li l-ammont tagħha jiġi ddeterminat skont id-dħul riċevut minn dawk l-impriżi, bil-kundizzjoni li dik it-taxxa tkun maħsuba esklużivament sabiex tkopri l-ispejjeż marbuta mal-attivitajiet msemmija fil-paragrafu (1)(a) ta’ dik id-dispożizzjoni, li d-dħul kollu miksub mill-imsemmija taxxa ma jeċċedix l-ispejjeż kollha marbuta ma’ dawk l-attivitajiet u li dik l-istess taxxa tinqasam bejn l-impriżi b’mod oġġettiv, trasparenti u proporzjonat, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.